Yearly Archives: 2021

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 1-6.9-12
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7

L-Evanġelju: Mt 11, 25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: X’responsabbiltajiet għandna bħala soċjetà?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Enriku

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkellem lill-ibliet. Interessanti li jagħżel ibliet li fihom għamel ħafna mirakli. Ovvjament għamel il-mirakli għax sab il-fidi tan-nies, b’mod speċjali l-morda, dawk li kienu maħkuma mill-qawwa tax-Xitan, il-fqar. Jitkellem dwar Korożajn, jitkellem dwar Betsajda, li diversi dixxipli kienu minn din il-belt. Ġwanni u Ġakbu, Indrì u Xmun kienu minn Betsajda. Kafarnahum kienet il-belt fejn imbagħad għex Pietru, fejn Ġesù ppriedka ħafna u kellimna dwar l-Ewkaristija li nsibu fil-kapitlu sitta ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Inkunu sinjal sabiħ tal-imħabba ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-30 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tletin sena ilu bħal-lum konna fl-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn ġejna ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Illum għandna f’qalbna gratitudni kbira lejn Alla u lejn dawk kollha li waqfu magħna tul is-snin kollha ta’ ħajja saċerdotali.

Nixtieq li, ispirati mill-Kelma ta’ Alla, naħsbu fuq dak li jgħidilna l-Mulej fuq kif nistgħu naqdu b’mod sabiħ il-ministeru saċerdotali. Insemmi tliet punti li l-Papa Franġisku, f’dawn l-aħħar xhur speċjalment, semmiehom kemm-il darba u sejħilhom “karatteristiċi tal-istil ta’ Alla”, jiġifieri tal-mod kif Alla jaħdem fil-ħajja tal-bniedem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 2, 1-15a
Salm: 68 (69), 3.14.30-31.33-34

L-Evanġelju: Mt 11, 20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Nagħmlu għażliet li jkunu ta’ legalità, ġustizzja u integrità – L-Arċisqof f’Jum il-Pulizija

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew miktuba f’kuntest speċjali ħafna: il-kuntest meta l-komunità Nisranija kienet għaddejja minn persekuzzjoni l-iżjed ħarxa. It-twemmin f’Ġesù kien qed jifred il-familji, iwassal għall-mewt, joħloq inkwiet u kultant ukoll kunflitt. Il-kelma ta’ Ġesù tiġi mfakkra f’dan il-kuntest, kuntest ta’ għażla li mhix dejjem faċli. Bħal min irid jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.

M’ilux kont qed naqra ktieb ‘Dying to live’ ta’ Danielle Vella, li jġib rakkonti ta’ diversi refuġjati u migranti… Kompli aqra »

Kun int iż-żejt li l-Mulej iferra’ fuq il-komunità tiegħek – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Joseph Mamo OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien għamel l-esperjenza tal-missjoni tiegħu, u beda jgħallem u jfejjaq. Fl-Evanġelji tal-Ħdud li għaddew, rajna lil Ġesù jterraq fil-Galilija, ifejjaq u saħansitra jqajjem mill-imwiet lit-tifla ta’ Ġajru. Illum mar fir-raħal fejn trabba u jħoss li ma jilqgħuhx. L-urġenza li jwassal l-aħbar it-tajba tas-saltna tal-Missier hi qawwija ħafna; u jagħżel li jsieħeb miegħu wħud mid-dixxipli, minn dawk li kienu qegħdin isegwuh, li l-komunità bdiet issejħilhom it-Tnax, “u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena” (Mk 6:7)… Kompli aqra »

Għaqdiet tal-familja għas-servizz tal-Knisja u l-ġid komuni

Ftehim bejn il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Familja fl-Ewropa u s-CCEE

With the signature of Cardinal Angelo Bagnasco, President of the Council of the European Bishops’ Conferences (CCEE), and of Atty. Vincenzo Bassi, President of the Federation of Catholic Family Associations in Europe (FAFCE), a Memorandum of Understanding was signed between the two organisations to formalise the cooperation already in place.

“Pastors and families are called to be together” – affirmed Card… Kompli aqra »