Yearly Archives: 2021

Quddiesa f’Jum il-Pulizija – 12 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 1, 8-14. 22
Salm: 123 (124): 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 10, 34 – 11, 1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Il-kura tas-saħħa għal kulħadd hija servizz essenzjali

Dear Brothers and Sisters, buongiorno!

I am glad to be able to keep the Sunday Angelus appointment, even here from “Gemelli” Policlinico. I thank you all: I have felt your closeness and the support of your prayers. Thank you from the bottom of my heart!

The Gospel passage we read today in the Liturgy recounts that Jesus’ disciples, sent by Him, “anointed with oil many that were sick and healed them” (Mk 6:13)… Kompli aqra »

Li tindem tfisser li tbiddel il-mentalità tiegħek – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu, patrun tal-Ewropa

  Il-Knisja ta' Sant'Anna fil-Monasteru ta' Santa Skolastika, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jsieħeb miegħu grupp ta’ rġiel li skont it-tradizzjoni, l-ewwel komunità kienet issejħilhom ‘it-tnax’. Tnax kienu dawk li Ġesù għażel biex ikunu miegħu imma wkoll jibgħathom fil-missjoni tiegħu. Ma ninsewx li m’ilux fakkarna li meta Ġesù mar f’pajjiżu ma laqgħuhx u allura jiddeċiedi jmur fil-bliet kemm tal-Galilija u kemm tal-Lduhija jħabbar il-Bxara t-Tajba. Imma Ġesù ma jistax ilaħħaq waħdu u allura jsejjaħ lil dawn it-tnax u jibda jibgħathom tnejn tnejn  filwaqt li jagħtihom is-setgħa tiegħu nnifsu: is-setgħa fuq l-ispirti l-ħżiena (Mk 6:7)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 11 ta’ Lulju, 9:30am

Quddiesa tal-Ħadd fil-festa ta' San Benedittu

  Il-Knisja ta' Sant'Anna fil-Monasteru ta' Santa Skolastika, il-Birgu

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 7, 12-15
Salm: 84 (85), 9ab-10. 11-12. 13-14
It-Tieni Qari: Efes 1, 3-14

L-Evanġelju: Mk 6, 7-13

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imdina

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Mario Tong bħala arċipriet tal‑parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Dun Mario Tong twieled fid‑29 ta’ April 1953. Huwa ħa l‑formazzjoni tiegħu fis‑Seminarju u ġie ordnat saċerdot fid‑19 ta’ Ġunju 1977.

Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fid‑Djoċesi ta’ Ġibiltà fejn għal diversi snin serva fil‑Katidral ta’ Santa Marija Inkurunata, fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, u kien ukoll il‑kappillan tal‑isptar ġenerali ta’ Ġibiltà… Kompli aqra »

‘Dying To Live – Stories From Refugees On The Road To Freedom’

Tnedija ta’ ktieb imtellgħa mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, JRS u l-Kummissjoni Migranti

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“Ħadd ma jrid jitlaq mid‑dar, imma l‑ħajja ġġiegħlek.” Dawn kienu kliem wieħed mir‑refuġjati li l‑esperjenza tiegħu tinsab fil‑ktieb ‘Dying to Live’ ta’ Danielle Vella, ġurnalista u direttur tal‑International Reconciliation Program for the Jesuit Refugee Service (JRS). Il‑ktieb tnieda waqt avveniment ospitat mill‑Arċisqof Charles Scicluna fil‑Kurja l‑Furjana, li matulu ġew intervistati l‑awtur stess kif ukoll Daniel Jude Okoeguale, persuna li qed ifittex l‑ażil u li huwa residenti f’Malta… Kompli aqra »

Ir-refuġjati jsofru minħabba ‘l-inumanità tal-bniedem lejn il-bniedem’ – L-Arċisqof

Diskors fit-tnedija tal-ktieb ‘Dying to Live – Stories from Refugees on the Road to Freedom’

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Message by Archbishop Charles Scicluna

Thank you for this extraordinary experience of listening to you Danielle [Vella] and you Daniel [Jude Okoeguale] for sharing your experiences. After reading pages of the book I found it gripping but also very moving. And I find that we need to share these narratives, because we need to make statistics alive. And thank you very much Daniel for your witness because you are not a number, you are a brother… Kompli aqra »

Safjin u għaqlin mhumiex kontra xulxin – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm diversi nies li jisseparaw, jagħmlu firda bejn min hu twajjeb u min iħaddem moħħu. Fil-fatt, tismagħha din, fuq xi ħadd: “Dak veru twajjeb, m’għandux ħażen”, imbagħad wara ftit “jagħmlu li jridu bih!” U fuq ħaddieħor; “Dak ħażin, moħħu jilħaqlu, ma jidħkux bih!”

Qisha hemm firda bejn il-wieħed u l-ieħor, ma tistax tkun il-wieħed u l-ieħor f’daqqa. Fil-fatt, diversi nies jgħidu li kważi aħjar ma tkunx twajjeb, ħalli n-nies ma jagħmlux li jridu bik… Kompli aqra »