Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 28, 10-22a
Salm: 90 (91), 1-2.3-4.14-15ab

L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”… Kompli aqra »

Nisimgħu lil min qed ikellimna f’isem il-Mulej – L-Arċisqof

  Il-kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jmur lura fejn trabba. Fil-fatt, għalkemm twieled f’Bethlehem, kien magħruf bħala Ġesù ta’ Nazaret. Dan l-isem jibqa’ miegħu sa fuq is-salib. Niftakru li meta Pilatu kiteb il-kitba tal-kundanna ta’ Ġesù, hekk isemmih: Ġesù ta’ Nazaret Sultan tal-Lhud.

Għal Ġesù, għalhekk, Nazaret kien il-villaġġ fejn qatta’ l-iżjed snin. It-tradizzjoni tgħidilna li x’aktarx wasal Nazaret wara li miet Erodi, ta’ xi 3 snin jew ftit iżjed, għaliex il-Familja Mqaddsa minn Bethlehem marret l-Eġittu, imma mill-Eġittu mbagħad marret il-Galilija ġo Nazaret u Ġesù baqa’ hemmhekk sa 30 sena… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: Niftħu għajnejna għall-preżenza umli tal-Mulej

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju li naqraw fil-liturġija ta’dal-Ħadd (Mk 6, 1-6) jirrakkuntalna n-nuqqas ta’ fidi tan-nies tar-raħal fejn twieled Ġesù.  Wara li hu kien ipprietka fil-villaġġi l-oħra tal-Galileja, reġa’għadda Nażaret, fejn kien kiber flimkien ma’ Marija u Ġużeppi; hu jum is-Sibt u beda jgħallem fis-sinagoga.  Ħafna li kienu jisimugħ bdew jistaqsu: “Mnejn kisbu dan l-għerf kollu?  Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija jiġifieri l-ġirien tagħna li nafuhom sewwa?” (cfr vv… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 4 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 2, 2-5
Salm: 122(123), 1-2a,2bċd,3-4
It-Tieni Qari: 2 Kor 12, 7-10

L-Evanġelju: Mk 6, 1-6

F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? … Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż‑Żebbuġ.

Dun Albert Buhagiar twieled Ħal Tarxien fid‑19 ta’ Awwissu 1964. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji tal‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑2 ta’ Lulju 1993.

Dun Albert serva bħala viċi kappillan fil‑parroċċa tal‑Gżira u fil‑parroċċa taż‑Żejtun… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ef 2, 19-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom… Kompli aqra »

Qalb miftuħa għall-ħniena tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-bidu tal-quddiesa dejjem hemm talba li fiha nitolbu lil Alla jaħfrilna. Waħda mit-talbiet hi dik li għedna llum, fejn ngħidu “jien dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil u billi ħallejt dmirijieti”, u nżidu “ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi…” Din mhix talba li ngħidu għall-kirjanza, imma talba li ngħiduha bis-sinċerità tal-qalb, għax nemmnu li aħna lkoll midinbin, u nersqu lejn il-Mulej bit-talba li hu jaħfrilna dnubietna, isalvana u jgħinna biex ngħixu dejjem aktar kif irid hu… Kompli aqra »

Eżami tal-Accounts għad-dħul fis-Sixth Forms tal-iskejjel tal-Knisja 2021-2022

The Secretariat for Catholic Education, St Aloysius College and De La Salle College Sixth Forms wish to thank all those concerned for the efforts made for SEC examinations held during the pandemic. The Church authorities also express their gratitude towards all those who contributed by working diligently and silently to provide alternative strategies, most of which will thankfully not be required, which were devised and in place to meet most eventualities… Kompli aqra »