Yearly Archives: 2021

Il-Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 38, 1,8-11
Salm: 106(107), 23-24,25-26,28-29,30-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 14-17

L-Evanġelju: Mk 4, 35-41

Darba, filgħaxija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma… Kompli aqra »

Teżor li ma jintemmx – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kultant ma jkunx faċli li nifhmu mill-ewwel il-kliem ta’ Ġesù, imma dak li jgħid illum fl-Evanġelju żgur li nifhmuh mill-ewwel, anke għax tant narawh fl-esperjenza tal-ħajja. Ġesù jgħid: “tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja”, u jgħid għaliex: għax it-teżori ta’ din id-dinja jispiċċaw, jew għax jitmermru bil-kamla u bis-sadid, jew għax il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Dawn huma kollha provviżorji, it-teżori ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 12, 1-10
Salm: 33 (34), 8-9.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 6, 24-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.

Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »

Kriżi ta’ umanità u ta’ fidi? – L-Arċisqof

Messaġġ fl-Aġġornament tal-Kleru 2021

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna

L-ewwel nett insellem lil kull min qed jieħu sehem u nirringrazzja ħafna u mill-qalb lil kull min ipprepara u ħa sehem bil-preżentazzjonijiet li kellna dalgħodu. Għandna ħafna materjal x’nomogħdu; jiġifieri diffiċli ħafna toħloq reazzjoni meta inti f’dawn id-90 minuta kont ibbumbardjat b’tant informazzjoni, b’tant osservazzjonijiet, b’tant riflessjonijiet; inklużi anke r-riflessjonijiet profondi li ta Ranier Fsadni. 

Nirringrazzja ħafna lill-Fakultà tat-Teoloġiija li ffaċilitat din ir-riċerka li għandha l-validità tagħha, imma nifhmu wkoll, li hemm persentaġġ għoli tal-popolazzjoni tagħna li ma jirrispondux sondaġġi online, jiġifieri rridu nagħmlu wkoll riċerka qabel nieħdu konklużjonijiet apodeittiċi (stabbiliti b’mod ċar) jew dommatiċi li dawk l-elf persuna jew iżjed li rrispondew huma ta’ ċertu indikazzjoni, imma hemm ukoll perċentwal ta’ nies li jkunu fuq Facebook, imma mhux bilfors jirrispondu sondaġġi online… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 11, 18.21b-30
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mt 6, 19-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu… Kompli aqra »

Inkunu saċerdoti li nisimgħu aktar – L-Isqof Galea-Curmi

Diskors fl-Aġġornament tal-Kleru 2021

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq nirringrazzja lill-organizzaturi ta’ dan l-Aġġornament tal-Kleru, lill-kelliema u l-parteċipanti kollha, kif ukoll lilkom ilkoll li segwejtu b’attenzjoni. Kienu tlett ijiem mimlija, li żgur għenuna ħafna biex nirriflettu fuq kif nistgħu nkunu saċerdoti li aktar nisimgħu lil Alla, lil xulxin, u lir-realtà tas-soċjetà li fiha ngħixu, proprju f’din is-sena meta qegħdin nenfasizzaw b’mod speċjali s-smigħ fil-kuntest tad-dokument ekkleżjali ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’… Kompli aqra »

L-effetti tal-pandemija diskussi waqt l-Aġġornament tal-Kleru 2021

Matul din il-ġimgħa sar l-Aġġornament tal-Kleru fuq tlett ijiem (14 – 16 ta’ Ġunju), li għalih attendew madwar 200 membru bejn saċerdoti djoċesani u reliġjużi. It-tema għal din is-sena kienet Is-Saċerdot u l-2021: X’qed jinbet? u ddiskutiet il-bidliet li għaddej minnu pajjiżna, l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq l-isferi kollha tas-soċjetà u tal-Knisja kif ukoll kif kompliet tikxef ċerti realtajiet. L-aġġornament tal-Kleru indirizza dan kollu b’atteġġjament ta’ smigħ profond kif jitlob il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali Knisja waħda, Vjaġġ wieħed: 2020-2024Kompli aqra »