Yearly Archives: 2021

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (7)

Is-seba’ u l-aħħar riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Missier Veru.’ L-Arċisqof Scicluna jirrifletti fuq ir-rwoli tal-omm u l-missier, li għalkemm differenti, huma t-tnejn tant essenzjali għall-formazzjoni ta’ kull persuna. L-Arċisqof ifakkarna wkoll li anke meta l-ġenituri ma jkunux preżenti f’ħajjitna, il-paternità tal-Missier li hu fis-smewwiet tibqa’ dejjem ix-xempju tal-ħniena u ta’ mħabba lejn kulħadd, hu min hu u hi min hi, għax Alla ma jiddiskriminax.  

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ma setgħetx tkun taf bid-deċiżjoni tal-2019 tar-Reġistru tal-Artijiet li affettwat it-titlu legali ta’ artijiet f’Għawdex

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tiċċara li ma setgħetx tkun taf minn qabel, wisq aktar ikollha kontroll fuq, deċiżjoni tal-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet meħuda fl-2019, li wasslet biex jiġu rreġistrati artijiet f’Għawdex bil-konsegwenza li numru ta’ residenti huma inċerti dwar it-titlu legali ta’ darhom.   

Dan l-iżvilupp mhux mistenni min-naħa tar-Reġistru tal-Artijiet seħħ sentejn wara li ntlaħaq ftehim (legal settlement) bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-eredi tal-fundatriċi tal-Abbazia San Antonio Delli Navarra, li kienet ilha tamministra l-art sa mill-1675… Kompli aqra »

“Mhux għaqdiet tal-Knisja biss kontra l-liġi tal-kannabis”

Fr Jimmy Bartolo, qal li l-57 organizzazzjoni li ressqu petizzjoni quddiem il-Parlament dwar il-liġi tal-kannabis ma kinux magħmulin biss minn għaqdiet tal-Knisja. Hu kien qed jirrappreżenta lill-Kulleġġ San Alwiġi, waqt konferenza stampa li kienet organizzata minn dawn l-organizzazzjonijiet.

Fr Bartolo kien qed jirreferi għall-allegazzjoni tal-Ministru għall-Innovazzjoni Owen Bonnici li l-maġġoranza tal-oppożizzjoni għal dan l-abbozz kienet ġejja minn għaqdiet tal-Knisja. Jikkwota direttament lill-Papa Franġisku, hu wissa li l-mewta tal-proċess demokratiku twassal għal dittatorjat… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 24, 2-7.15-17a
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

L-Evanġelju: Mt 21, 23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”.

U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: l-armi mhumiex it-triq għall-paċi

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, it-tielet Ħadd tal-Avvent, jippreżentalna gruppi differenti tal-persuni – il-folla, il-pubblikani u s-suldati – li lkoll intlaqtu bil-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista u għalhekk jistaqsuh: “X’għandna nagħmlu?” (Lq 3:10). X’għandna nagħmlu? Din hi l-mistoqsija li jagħmlu. Ejjew nieqfu ftit dwar din id-domanda.

Din mhix frott tas-sens tad-dmir.  Pjuttost, hi l-qalb li miss il-Mulej, hu l-entużjażmu għall-miġja tiegħu li jwassalhom jgħidu: x’għandna nagħmlu? Ġwanni jgħid: “Il-Mulej qrib” – “X’għandna nagħmlu?” Nieħdu eżempju: nimmaġinaw li xi ħadd għażiż ġej iżurna.  Nistennewh bil-ferħ, bil-ħerqa. Biex nilqgħuh kif jixraq innaddfu d-dar, inħejju l-aħjar ikla possibbli, forsi xi rigal… Insomma, naħdmu sfiq… Kompli aqra »

Il-Mulej iġib il-ferħ f’ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Abbandunati Ħajjin, il-Wardija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandu mnejn għall-bidu ma narawx ir-rabta bejn ħafna mill-kelma ta’ Alla li smajna llum u l-Evanġelju.

Il-kelma ta’ Alla llum tkellimna, qisu kważi b’ritornell, fuq il-ferħ. Rajna fl-ewwel qari fil-ktieb tal-Profeta Sofonija: “Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek…infexx fil-hena u ifraħ b’qalbek kollha”. Dan ripetut ukoll fis-Salm: “Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni”. U għandna mbagħad l-Ittra ta’ San Pawl lill-Filippin, fejn jgħidilhom: “Ifirħu dejjem fil-Mulej, nerġa’ ngħidilkom ifirħu”… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (6)

Is-sitt riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma fuq it-tema Ġużeppina ‘Ħajja li tħalli l-frott permezz ta’ xogħol idejh.’ L-Isqof Teuma jitkellem dwar l-onestà fix-xogħol u fuq il-post tax-xogħol, u dwar kif ix-xogħol innifsu jagħti dinjità li jmur oltre l-ħlas monetarju. Ġużeppi hu eżempju ta’ kif tkun ħaddiem, mhux għall-flus biss, imma għax il-ħidma mill-qalb, ix-xogħol bħala qadi u att ta’ ġenerożità, hu l-mod konkret kif nikkoperaw mal-pjan ta’ Alla fil-ħolqien u noffru għajnuna lill-proxxmu… Kompli aqra »

“X’għandna nagħmlu?” – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa mal-Grupp Familji Nsara (GRUFAN) biex tfakkar il-festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’għandna nagħmlu?” Din hi l-mistoqsija li n-nies staqsew lil Ġwanni l-Battista meta hu kien qed iħeġġiġhom biex iħejju t-triq għall-Mulej. Hi mistoqsija li llum nisimgħu fl-Evanġelju għal tliet darbiet minn nies differenti.

Din hi mistoqsija fundamentali. Tfisser li n-nies li kienu semgħu lil Ġwanni għarfu li l-messaġġ tiegħu ma kienx biss kliem li jmiss il-moħħ, u jħallik taħseb, u li jmiss il-qalb u jġiegħlek tħoss, imma li jħeġġeġ għall-azzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 12 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Abbandunati Ħajjin, il-Wardija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »