Arkivji mensili: Jannar 2022

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 11-18
Salm: 71 (72), 2.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mk 6, 45-52

Wara li l-ħamest elef raġel kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob.

Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art… Kompli aqra »

11-il familja joqogħdu ġo karozza; kif tista’ tgħinhom?

Int u taqra dan l-artiklu, fost l-1,300 familja li jgħinu l-parroċċi Maltin, hemm:

– familja ta’ 5 li qed tgħix ġo garaxx qies ta’ karozza, b’tifel b’kundizzjoni serja jistenna operazzjoni
– missier bi 3 itfal jgħixu ġo garaxx jistennew li jingħataw post sussidjat għax il-kera li kienu fiha għoliet wisq u f’daqqa
– madwar 11-il familja bla dar jgħixu f’karozza
– anzjan li kien jgħix f’karozza, fittex l-għajnuna tal-kappillan għax peress li skadietlu l-liċenzja tal-karozza, ħadulu l-karozza u issa sab ruħu bla dar
– diversi familji ma jistgħux isostnu l-ispejjeż li ġġib magħha l-iskola u l-edukazzjoni ta’ wliedhom anke wara li jkunu ġew megħjuna mill-Gvern permezz ta’ skema 9
– diversi persuni li m’għandhomx min jipprovdilhom l-għajnuna meħtieġa biex jgħixu b’dinjità fil-komunità
… u ħafna sitwazzjonijiet oħra… Kompli aqra »

Il-kelma bla għemil tkun vojta – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan l-Evanġelju, fis-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Mark, turina ftit, qisha x-ray tal-qalb ta’ Ġesù. Jitħassar il-folla li jara quddiemu, din il-kotra, “għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj” (Mk 6:34). Hu jagħti ħajtu, il-ħin tiegħu u l-imħabba tiegħu billi jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

L-ewwel risposta ta’ Ġesù hu t-tagħlim. Aħna għandna dover qawwi li nwasslu t-tagħlim ta’ Ġesù lil kull min lest li jisimgħu… Kompli aqra »

Imbierek l-isem ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tawh l-isem ta’ Ġesù”. Hekk qrajna fl-Evanġelju skont San Luqa, u dan ifakkarna f’dak li l-anġlu Gabrijel kien qal lil Marija: “Ara int se tnissel fil-ġuf, u jkollok iben, u ssemmih Ġesù” (Lq 1:31). L-istess kien qal ukoll l-anġlu Gabrijel lil Ġużeppi, meta qallu: “Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21). Nindunaw għalhekk li l-isem ta’ Ġesù ma kienx magħżul la minn Marija u lanqas minn Ġużeppi, imma kien magħżul minn Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin… Kompli aqra »

Jinġabru iktar minn €1.4m għad-Dar tal-Providenza

Inġabret is-somma ta’ ‘il fuq minn €1.4 miljun b’risq id-Dar tal-Providenza f’Festa ta’ Ġenerożità tal-Ewwel tas-sena. Fi tmien il-maratona televiżiva, Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza rringrazzja lill-poplu Malti kollu li għal darb’oħra wera li għandu għal qalbu l-ħidma tad-Dar u kompla juri l-valuri sbieħ li jiddistingwuh, fosthom dawk ta’ ġenerożità, soliderjetà u ugwaljanza.

“Jalla din il-festa ta’ ġenerozità fil-bidu tas-sena, tawgura sena ta’ rispett lejn kull persuna, hi min hi bla distinzjoni, u impenn biex inkunu ta’ appoġġ għal kull min jeħtieġu,” temm jgħid Fr Micallef… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: il-Mulej ma jinġibidx lura quddiem id-dgħufija tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum itina sentenza mill-isbaħ, li nitolbuha dejjem fl-Angelus, u li waħedha turina liema hu s-sens tal-Milied: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14).  Dal-kliem, jekk naħsbu sew, fihom paradoss. Iqiegħdu flimkien żewġ realtajiet opposti: Il-Verb l-laħam. “Il-Verb” juri li Ġesù hu l-Kelma eterna tal-Missier, Kelma infinita, li kienet teżisti minn dejjem, qabel kull ħaġa maħluqa; iżda l-kelma “laħam” tikxef ir-realtà tagħna, realtà maħluqa, fraġli, bil-limitazzjonijiet, li tmut. Qabel Ġesù kien hemm żewġ dinjiet mifrudin minn xulxin: is-Sema, l-oppost tal-art, l-infinit, oppost ta’ dak li jintemm, l-ispirtu oppost għall-materja. U hemm ukoll oppost ieħor fil-Prologu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, par ieħor: dawl u dlam (cfr v… Kompli aqra »

Festa tal-inklużjoni – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej”. Dan hu li tlabna fis-Salm, u dan il-vers jispjega tajjeb is-solennità tal-Epifanija li qed niċċelebraw illum. Juri kif Ġesù mwieled, Alla li sar bniedem, ġie għall-ġnus kollha, u wera ruħu bħala s-Salvatur tal-ġnus kollha. Epifanija tfisser li Alla wera lilu nnifsu lill-ġnus kollha. Ġew il-Maġi mil-Lvant ifittxuh biex jagħtuh qima.

Ċirku li dejjem jitwessa’

L-Epifanija hi l-festa tal-aqwa inklużjoni tal-fidi tagħna fi Kristu, għax mill-bidu tinkludi lil kulħadd… Kompli aqra »

Insebbħu u nfaħħru lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm dettall fl-Evanġelju skont San Luqa dwar ir-ragħajja li nixtieqkom tinnutaw. Jgħid l-Evanġelju li r-ragħajja, wara li raw lit-tarbija Ġesù flimkien ma’ ommu Marija u Ġużeppi, reġgħu lura “isebbħu u jfaħħru lil Alla” għal dik l-esperjenza sabiħa li kellhom. Kienet żgur dehra sabiħa ta’ dawn ir-ragħajja, imdorrijin f’ħajja pjuttost iebsa mal-merħla, li n-nies jarawhom isebbħu u jfaħħru lil Alla.

Dan kien ukoll dak li kienu semgħu r-ragħajja stess meta dehrilhom l-anġlu u ħabbrilhom li twieled Ġesù, u għadd kbir ta’ anġli flimkien bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet”… Kompli aqra »