Biex jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna
27/01/2022Id-dokument ‘Yahad’, imħejji mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, hu mudell ta’ kif nistgħu ngħixu aħjar flimkien bħala soċjetà billi jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna – li jistgħu jkunu marbuta ma’ politka partiġġjana, twemmin reliġjuż, futbol, każini tal-banda, familja – kif ukoll jiddewwew il-ġrieħi li ġġarrbu fil-passat.
Bl-Ebrajk, il-kelma ‘yahad’ tirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, u l-għan ta’ dan id-dokument huwa li nirriflettu fuq kif nistgħu nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli.
‘Yahad’ jorbot mal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’ li qed jitwettaq bħalissa mill‑Knisja f’Malta, u li jenfasizza l‑bżonn ta’ ħidma għal rikonċiljazzjoni li tfejjaq id‑diversi ġrieħi tal‑poplu f’Malta… Kompli aqra »