Il-Knisja hi l-familja ta’ Ġesù, ta’ dawk li laqgħuh f’ħajjithom – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl
25/01/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kemm hu sabiħ ir-rakkont li jagħtina Luqa fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fejn jirrakkonta l-konverżjoni tal-Appostlu Missierna! Fil-fatt fl-istess ktieb, dan ir-rakkont tant hu importanti li nsibuh repetut darbtejn oħra. Dan ir-rakkont li smajna llum fil-bidu ta’ din il-quddiesa, hu r-rakkont li jagħti Luqa, narrattiva ta’ x’ġara. Imma hu l-Appostlu Missierna stess li jirrepeti din l-esperjenza darbtejn oħra.
X’għandi nagħmel, Mulej? … Kompli aqra »