L-Arċidjoċesi tissospendi applikazzjoni ta’ ppjanar ta’ binja fuq sular wieħed
02/02/2022L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ssospendiet applikazzjoni mal‑Awtorità tal‑Ippjanar biex tiġi rijabilitata proprjetà abbandunata fir‑Rabat. Dan sabiex jiġu ċċarati xi punti mqajma mill‑Awtorità għall‑Ambjent u r‑Riżorsi (ERA), u li kienu s‑suġġett ta’ rapporti skorretti fil‑media.
L‑applikazzjoni mressqa mill‑Arċidjoċesi tipproponi li residenza ta’ sular wieħed terġa’ ssir abitabbli. Dan wara li ttieħdet lura minn persuni li okkupaw il‑post illegalment. Qed jiġi propost ukoll li jiġu indirizzati l‑illegalitajiet li twettqu mill‑istess persuni fuq dan is‑sit, li jinsab biswit proprjetà ta’ terzi u viċin binjiet oħra… Kompli aqra »