Arkivji mensili: Marzu 2022

Sett ta’ statwi tal-appostli lill-kappella tal-ħabs

L-Arċidjoċesi ta’ Malta se tagħti b’self sitt statwi tal-kartapesta indurati lill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jintramaw fuq l-artal maġġur tal-kappella tal-ħabs. 

Dawn l-istatwi, magħrufa bħala ‘Apostolato’, huma proprjetà tal-Knisja ta’ San Nikola (Tal-Erwieħ) tal-Belt Valletta. Storikament amministrata mis-Sodalità tal-Erwieħ tal-Purgatorju, fl-aħħar snin din il-knisja reġgħet għaddiet f’idejn il-Parroċċa Griega Kattolika li lilha taf il-fundazzjoni tagħha. Bi ftehim mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, illum il-knisja qed taqdi il-bżonnijiet tal-komunità Griega Ortodossa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

The Creative Voice that Does Not Shake

Imnedija pubblikazzjoni miktuba minn persuni li esperjenzaw vjolenza domestika

  Il-Milja, Fondazzjoni Sebħ

The Creative Voice that does not Shake, pubblikazzjoni minn nisa li għaddew minn esperjenza ta’ abbuż u li jgħixu fil-Milja, Fondazzjoni Sebħ, tnediet fit-8 ta’ Marzu fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara. Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni n-nisa ngħataw spazju biex jesprimu lilhom infushom permezz ta’ mezzi kreattivi bħall-arti, poeżiji, kitba u talb. Il-ktejjeb ta l-opportunità lil dawn in-nisa joħolqu għarfien dwar abbuż u vjolenza li għadha teżisti sal-lum minkejja li sar progress fil-ħajja tan-nisa madwar id-dinja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:21-28
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,4ċ-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

Avviż

Għada, il-Ġimgha, 11 ta’ Marzu 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 12 ta’ Marzu 2022. Kompli aqra »

Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fidi fih – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jgħallimna fuq it-talb; u jgħallimna l-fiduċja fuq it-talb. Ħafna drabi, meta jkollna sitwazzjoni diffiċli, bħalma hi din l-invażjoni terribbli u kiefra tal-Ukrajna; u aħna ngħidu ħa nitolbu. Dak li jkun jista’ jiddarras u jgħid: ‘issa x’se nagħmlu bit-talb, mela t-talb għandu xi saħħa kontra l-armamenti?’ Irridu nammettu li dawn iċ-ċirkostanzi jpoġġuni fi kriżi ta’ fidi. Iġagħluna nistaqsu: ‘Imma t-talb tagħna, għandu effett?’ Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fiduċja u ta’ fidi fih għax dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu bir-rieda tajba tagħna u b’idejna; irid jieħu ħsiebu Hu… Kompli aqra »

Ibnu fis-sod – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa għall‑gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Jum il-Gradwazzjoni hu jum ta’ ferħ u sodisfazzjon għalikom, għeżież ħbieb, u għal dawk kollha li akkumpanjawkom tul is-snin fil-korsijiet tagħkom. Hu ta’ sodisfazzjon akbar speċjalment meta tqisu tant xkiel u diffikultajiet li kellkom tħabbtu wiċċkom magħhom f’dawn l-aħħar sentejn minħabba l-pandemija, li ħarbtet il-ħajja ta’ ħafna u kienet ta’ dannu għas-saħħa mentali ta’ ħafna.

Nixtieq minn qalbi nifirħilkom u nifraħ magħkom… Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa – Iż-żgħażagħ: tama għall-futur

  Il-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

It-tieni laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu u għandha t-tema ‘Iż-żgħażagħ: tama għall-futur’ u se titmexxa minn Anthony Mifsud.

‘Alla hu żagħżugħ!’ Din il-frażi mill-Papa Franġisku turi l-viżjoni tiegħu. L-attributi żagħżugħa taż-żgħażagħ f’Alla, u bħala rigal minn Alla. Din is-sejħa għat-tama hi attribut li l-adulti m’għandhomx jitilfu hekk kif jgħaddu għal stadji oħra fil-ħajja.

Il-Papa nnifsu jpoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li jisma’ x’għandhom xi jgħidu ż-żgħażagħ, u x’qed jgħid Alla fl-esperjenza tagħhom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »