Arkivji mensili: Marzu 2022

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jappella għall-kurituri umanitarji fl-Ukrajna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, l-ewwel Ħadd tar-Randan, jeħodna fid-deżert, fejn Ġesù kien meħud mill-Ispirtu s-Santu, għal 40 jum, biex ikun ittantat mix-xitan (ara Lq 4:1-13).  Ġesù wkoll safa ttantat mix-xitan, u jakkumpanja lil kull wieħed u waħda minna fit-tentazzjonijiet tagħna. Id-deżert hu simbolu tat-taqbida mas-seħer tal-ħażen, jgħallimna nagħżlu l-vera libertà. Infatti Ġesù jgħix l-esperjenza tad-deżert minnufih qabel ma jibda l-missjoni pubblika tiegħu. U propju permezz ta’ dik it-taqbida spiritwali hu jafferma bla tlaqliq liema tip ta’ Messija kien fi ħsiebu jkun. Mhux Messija hekk, imma hekk (il-Papa għamel ġest b’idejh): ikolli ngħid li din kienet propju d-dikjarazzjoni tal-identità messjanika tiegħu, tat-triq messjanika ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 8 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

Tħalliniex naqgħu fit-tiġrib – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ Ġesù ttentat mix-xitan fid-deżert, mill-Evanġelju skont San Luqa, għandha ħafna x’tgħallimna għal ħajjitna, u hi ta’ dawl għalina aħna u nibdew dan iż-żmien tar-Randan, li hu żmien li għandu jgħinna biex nagħrfu aħjar min aħna u kif nistgħu nkunu aktar dak li l-Mulej iridna nkunu – żmien li jfakkarna li hu Ġesù Kristu li jsalvana.

Ried jiżvijah

Xi tfisser din il-ġrajja? … Kompli aqra »

Ħadd ma jirbaħ it-tentazzjoni jekk mhux għal xi mħabba ikbar – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd in-Nies

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tentazzjonijiet ta’ Ġesù hemm it-tentażżjonijiet ta’ kull bniedem, ta’ kull wieħed u waħda minna. Għal 40 jum l-ispirtu jieħdu fid-deżert, f’ambjent ostili u l-Mulej jiġġarrab (Lq 4:2).

Tiftakru meta għallimna nitolbu u x’ngħidu fit-talba li għallimna Ġesù? “La ddaħħalniex fit-tiġrib” (Lq 11:4). Għaliex it-tiġrib, li hu parti mill-ħajja u li għadda minnu wkoll Ġesù, mhix xi ħaġa pjaċevoli… Kompli aqra »

Quddiesa f’Ħadd in-Nies – 6 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Marzu

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:4-10
Salm: 90(91):1-2,10-11,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Rum 10:8-13

L-Evanġelju: Lq 4:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”… Kompli aqra »

Sawm li jogħġob lill-Mulej – L-Isqof Galea Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-mistoqsija li d-dixxipli ta’ Ġwanni għamlu lil Ġesù, tolqotna ħafna l-ħeġġa tagħhom għall-prattika reliġjuża tas-sawm. Għalihom kienet parti importanti mill-ħajja reliġjuża, u għalhekk ħaduha bi kbira li huma u l-Fariżej kienu jsumu, imma d-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux.

X’kienet id-diffikultà? Ma kinetx li huma jsumu; dik ħaġa tajba, fil-fatt kienet waħda mill-prattiċi reliġjużi importanti għall-ħajja tagħhom. Imma ħafna minnhom kienu jagħmlu dan bħala prattika reliġjuża li tidher minn barra – x’qed tara minn barra – imma mbagħad il-qalb kienet ’il bogħod minn Alla… Kompli aqra »