Arkivji mensili: Marzu 2022

Żewġ kotba ta’ studenti Maltin u Għawdxin se jiġu ppreżentati lill-Papa Franġisku

Bi tħejjija għall‑miġja tal‑Papa Franġisku f’Malta u Għawdex nhar is‑Sibt u l‑Ħadd li ġej, studenti minn 81 skola tal‑Istat, tal‑Knisja u Indipendenti fl‑aħħar ġimgħat ġew mistiedna jesprimu ruħhom b’mod artistiku dwar it‑tema ‘Ilkoll Aħwa’. Dan permezz ta’ tpinġijiet, filmati, żfin, collages, intervisti, kitbiet, poeżiji u mudelli maħduma bl‑idejn. Ix‑xogħol li ħolqu l‑istudenti nġabar f’żewġ kotba li l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex se jippreżentaw lill‑Papa Franġisku meta se jkellmuh dwar il‑ħidma tal‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

L-istorja li se jirrakkonta l-podju tal-Papa f’Malta

Id-disinn ta’ Carlo Schembri għal f’Ħal Far jitfa' dawl fuq verità kerha

The podium on which Pope Francis will meet migrants in Ħal Far

The plight of migrants at sea will literally take centre stage when Pope Francis visits the Ħal Far Peace Lab during his two-day visit this weekend.

The podium on which the pope will meet migrants on April 3 will tell the story of the dark reality that is often ignored as people get on with their busy lives, said artistic director Carlo Schembri… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella ta' Sant'Agata, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-9,12
Salm: 45 (46):2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 5:1-3a,5-16

Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.

U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?”… Kompli aqra »

Emmen il-kelma li qallu Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Emmen il-kelma li qallu Ġesù”. Dan hu li naqraw fuq dan l-uffiċjal tas-sultan fl-Evanġelju skont San Ġwann illum. L-uffiċjal li ġie l-Galilija jfittex lil Ġesù biex jitolbu jfejjaqlu lil ibnu għax kien marid u wasal fl-aħħar. Għamillu talba ħerqana lil Ġesù: “Inżel, Mulej, qabel ma jmutli t-tifel”. Hi talba tassew ħierġa minn qalb maqsuma, li tqiegħed quddiem Ġesù x-xewqa li hu jmur ma’ dan ir-raġel id-dar ħalli jfejjaqlu t-tifel… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Aħna negħjew nitolbu maħfra imma Hu dejjem jaħfer

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija ta’ dan il-Ħadd jirrakkonta l-parabbola li nafuha bħala dik tal-iben il-ħali (ara Lq 15:11-32). Din tressaqna lejn il-qalb ta’ Alla, li jaħfer dejjem bil-ħniena u l-ħlewwa, dejjem. Alla jaħfer dejjem, aħna negħjew nitolbu maħfra imma Hu dejjem jaħfer. Tgħidilna li Alla hu Missier, li mhux biss jilqa’ mill-ġdid, imma jifraħ u jagħmel festa lil ibnu, li reġa’ lura d-dar wara li kien berbaq kulma kellu… Kompli aqra »

Studenti mill-Kulleġġ ta’ San Elija u qrabathom jappoġġjaw lil Soup Kitchen

A group of students and their teacher prepare a meal for 100 people

  Soup Kitchen, il-Belt Valletta

For Lent, students from St Elias College, Santa Venera, and their families donated food items so that a meal could be provided for the Soup Kitchen OFM in Valletta.

Using these items, the students and their teacher then prepared the meal for around 100 people, which was then served by some of the students themselves.

The activity was organised by the school chaplaincy and the home economics teacher… Kompli aqra »

Qalb ħanina li tagħder u taħfer – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tar-Randan

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din l-istorja li smajna fl-Evanġelu llum, tant magħrufa u tant sabiħa, bqajna nafuha bħala l-parabbola “tal-Iben il-Ħali”. Forsi jkun aħjar kieku nsejħulha, kif il-Papa Franġisku jispjega b’mod sabiħ ħafna, il-parabbola “tal-Missier il-Ħanin”, għax Ġesù qal din il-parabbola proprju biex juri li Alla hu Missier ħanin. Kienet b’reazzjoni għal dak li qalu l-Fariżej u l-Kittieba, li kienu raw il-pubblikani u l-midinbin sejrin għandu, u gergru u qalu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »