Arkivji mensili: Marzu 2022

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 65:17-21
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11-12a,13b

L-Evanġelju: Ġw 4:43-54

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.

U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid… Kompli aqra »

Ma baqgħetx imħawda – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għal dan il-kliem tħawdet”. Nixtieq li nieqfu ftit illum fuq dawn il-kelmiet mill-Evanġelju skont San Luqa fejn qed jiddeskrivi l-ewwel reazzjoni ta’ Marija għall-kliem tal-anġlu Gabrijel. Għalfejn tħawdet? Aħna kultant ngħidu li tħawdet għax qatt ma kienet qed tistenna din l-aħbar – li se ssir Omm Alla. Imma fil-fatt meta l-Evanġelju jgħid “għal dan il-kliem tħawdet”, kien għadu lanqas qalilha l-anġlu bl-aħbar li se tkun Omm Alla… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 27 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 5:9a.10-12
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:17-21

L-Evanġelju: Lq 15:1-3,11-32 

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom lejn Ġesù biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”.

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied… Kompli aqra »

Alla hu l-qawwa tiegħi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“L-‘Iva’ li ħarġet mill-Qalb tiegħek feħet il-bibien tal-Istorja għall-prinċep tas-Sliem.” Din is-sentenza hi meħuda mit-talba ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija li l-Papa Franġisku fassal għal din il-ġurnata u se jgħid illejla fil-Bażilka ta’ San Pietru. U din is-sentenza tfisser tant tajjeb din il-festa speċjali li qed niċċelebraw illum.

Illum niċċelebraw it-Tħabbira tal-Mulej, li hu disa’ xhur qabel il-Milied – bħal-lum disa’ xhur il-festa tal-Milied, 25 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Il-Papiet Kbar ta’ Żmienna

Ktieb ġdid ta’ Robert Aloisio

Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuħ familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom magħna l-Maltin.

Il-Papa Ġwanni XIII daħal fi qlub il-Maltin, fost l-oħrajn, għax kien l-ewwel papa li tkellem bi lsienna… Kompli aqra »

Stedina ta’ riflessjoni dwar kif nistgħu ngħinu lil xulxin meta nsibu ruħna fil-bżonn

Fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, ħafna drabi qed nintilfu f’ħafna sigħat twal ta’ xogħol li mhux qed iħalli spazji biex inqattgħu ħin ta’ kwalità mal-familja u l-ħbieb. Iktar u iktar dan hu fattur li mhux qed iħalli ħin għall-persuna biex tidħol ftit fiha nnifisha u ssib dak is-skiet li tant hu importanti biex jagħti s-saħħa sana li għandha bżonn.

F’dawn ir-realtajiet ta’ kuljum, jista’ wkoll inkunu insensittivi għal dak li qed jiġri madwarna, għaI sitwazzjonijiet li jaf għaddejja minnhom ġirien tagħna… Kompli aqra »

Il-Papa jikkonsagra lir-Russja u l-Ukrajna: ‘Att ta’ fiduċja spiritwali fost gwerra kiefra’

Pope Francis consecrates all humanity—especially Russia and Ukraine—to the Immaculate Heart of Mary, and says the act expresses our complete trust in the Virgin Mary in the midst of the “cruel and senseless war” in Ukraine.

Pope Francis presided over the annual “24 Hours for the Lord” Lenten penitential service in St. Peter’s Basilica on Friday evening, as the Church marked the feast of the Annunciation… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 6:1-6
Salm: 50 (51):3-4,18-19,20-21ab

L-Evanġelju: Lq 18:9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.

Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: “O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

Live: Talba ta’ konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

O Marija, Omm ta’ Alla u Omm tagħna, f’din is-siegħa tat-tiġrib aħna lejk induru. Inti Omm, li tħobbna u tafna: għalik xejn mhu moħbi minn dak li għandna għal qalbna. Omm tal-ħniena, tant drabi aħna doqna l-ħlewwa tiegħek kollha providenza, il-preżenza tiegħek li troddilna s-sliem, għax int dejjem tmexxina lejn Ġesù, il-Prinċep tas-sliem.

Imma aħna tlifna t-triq tal-paċi… Kompli aqra »