Nipproteġu l-paċi fost it-tifrik tal-gwerra
Taħdita pubblika mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
13/04/2022Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna qiegħda fis-seba’ ġimgħa tagħha, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza taħdita pubblika dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jitfa’ dawl fuq ir-responsabbiltà li għandha l-komunità internazzjonali, inkluż dik ta’ Malta, b’rabta mal-protezzjoni ta’ ħajjiet innoċenti mill-ħruxija tal-kunflitti u l-gwerer. Din se ssir nhar it-Tlieta, 19 ta’ April 2022, f’Dar Ħanin Samaritan f’Santa Venera, u tibda fis-7pm. Il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi.
Patri René Micallef SJ, li huwa Professur Assoċjat tal-Università Pontifiċja Gregorjana f’Ruma, se jindirizza t-taħdita… Kompli aqra »