Arkivji mensili: April 2022

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ġimgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:1-12
Salm: 117 (118):1-2 u 4,22-24,25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja huma mħeġġa jużaw il-maskri

Today, the Public Health Authorities published the updated COVID-19 Guidelines for the education sector. These guidelines point out that “evidence to date still shows that wearing a mask is an effective means of preventing viral spread”. The guidelines also state that “each School should adapt these guidelines according to the specific setup of the School itself and in line with any other guidelines as issued from time to time by the Public Health Authorities”… Kompli aqra »

Taħditiet dwar il-beata Armida Barelli

L-Azzjoni Kattolika Maltija se tingħaqad mal-Azzjoni Kattolika Taljana għall-beatifikazzjoni tal-Venerabbli Armida Barelli, fundatriċi tal-Gioventù femminile (Azzjoni Kattolika tat-tfajliet), tal-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa u tal-Istitut Sekolari tal-Missjunarji tar-Regalità ta’ Kristu. 

Għal din l-okkażjoni l-Azzjoni Kattolika Maltija qed torganizza għadd ta’ taħditiet dwarha bl-ewwel waħda mmirata għaż-żgħażagħ. Din se titmexxa minn Emanuela Gitto, il-Viċi-President Nazzjonali tal-Azione Cattolica Italiana għall-fergħa taż-żgħażagħ. It-taħdita se tkun bl-Ingliż u se ssir għada l-Ġimgħa 22 ta’ April fit-7:45pm… Kompli aqra »

Impenn qawwi bħar-riħ li jnaddaf – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'suffraġju għal Daphne Caruana Galizia

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għadna kif għexna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hemm osservazzjoni interessanti li jagħmel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tiegħu fuq Ġesù ta’ Nażaret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù. Hu jitkellem fuq meta Ġesù daħal Ġerusalemm u kien milqugħ b’mod trijonfali min-nies, li bdew jgħajtu: “Osanna, imbierek min ġej f’isem il-Mulej”. Imbagħad, ftit wara, naraw lil Ġesù quddiem Pilatu, u l-folla tgħajjat “Sallbu”, u tagħżel li teħles lill-brigant u ssallab lil Sid il-ħajja… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nitlobkom qarrbu lit-tfal żgħar lejn l-anzjani, dejjem ressquhom qrib tagħhom

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, bl-għajnuna tal-Kelma ta’ Alla li smajna, niftħu passaġġ li jgħaddi mid-dgħufija tal-età anzjana, immarkata b’mod speċjali mill-esperjenzi ta’ konfużjoni u ta’ taqtigħ il-qalb, ta’ telfa u ta’ abbandun, ta’ diżillużjoni u ta’ dubju. Naturalment, l-esperjenzi tad-dgħufija tagħna, quddiem is-sitwazzjonijiet drammatiċi – f’xi waqtiet traġiċi – tal-ħajja, jistgħu jseħħu f’kull żmien tal-ħajja. Madankollu, fl-età anzjana dawn jistgħu jħallu inqas impressjoni u jwasslu biex bħal jindraw, biex ma ngħidux ukoll jibdew jagħtu fastidju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:11-26
Salm: 8:2a,5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? … Kompli aqra »

Ġbir ta’ affarijiet essenzjali għall-poplu Ukren

Nhar is‑Sibt li ġej, 23 ta’ April 2022, għadd ta’ parroċċi f’Malta se jiġbru affarijiet bażiċi u essenzjali li għandu bżonn bħalissa l‑poplu Ukren. Din l‑inizjattiva qed tiġi kkordinata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal‑Koperattiva LOOP. 

Il‑prodotti meħtieġa jinkludu: ikel tat‑trabi, frott, ħaxix u laħam fil‑bottijiet, ħalib long‑life, juices, cereal bars, ikel li jsir malajr bħal noodles, ħrieqi tat‑trabi u l-adulti, diżinfettanti, prodotti għall‑iġene personali għall‑irġiel u għan‑nisa, toothpaste u mouthwash, sleeping bags, kutri, vacuum flasks kbar, lampi rechargeable u power banks għall‑mobile phones… Kompli aqra »