Arkivji mensili: Mejju 2022

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – Is-Seba’ Ħadd

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għas-Seba’ Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Lq 24:46-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu”… Kompli aqra »

Niċċelebraw ir-realtà li Alla magħna – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna l-bnedmin nassoċjaw it-tluq ta’ xi ħadd għażiż ma’ mument ta’ niket. Niftakarni ċkejken immorru l-ajruport kull darba li kienu jiġu l-qraba tagħna msefrin biex narawhom sejrin. Fi tfuliti kont tista’ titla’ fil-gallerija biex tarahom anke telgħin l-ajruplan u kien ikun mument ta’ qsim il-qalb. Daqskemm kien ikun kbir il-ferħ li tilqa’ lil xi ħadd li ilek ma tarah, daqshekk kien ikun ta’ swied il-qalb u ta’ tbatija l-mument li terġa’ tinfired minn xi ħadd għażiż… Kompli aqra »

Ferħ li ma jeħodhulna ħadd – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

✠ Joseph Galea-Curmi   
    Isqof Awżiljarju

“Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom” (Ġw 16:22). Dan hu li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu, fl-Evanġelju skont San Ġwann. Hawnhekk qiegħed fl-Aħħar Ċena. Jolqotna dan il-kliem, kif jitkellem fuq il-ferħ meta hu l-waqt ta’ dwejjaq, ta’ niket, u mument iebes ħafna għal Ġesù. Fil-fatt, ftit wara Ġesù kien se jkun arrestat, imbagħad jgħaddi mill-passjoni u mill-mewt tiegħu.

Hawnhekk jgħid lid-dixxipli tiegħu: “intom għad tibku u tingħu… għad iġarrbu n-niket”… Kompli aqra »

Life Network: Il-bidliet proposti fil-Liġi tal-IVF ma jiżgurawx trabi b’saħħithom

Stqarrija minn Life Network Malta

Il‑bidliet proposti mill‑Gvern biex idaħħal l‑għażla tal‑embrijun fil‑proċedura tal‑IVF mhi xejn inqas minn ewġenika, għax dawn it‑tipi ta’ metodi ma jwelldux “tarbija b’saħħitha” imma jipprovdu għodda li tippermetti l‑għażla ta’ liema tarbija tgħix u liema tarbija tiġi ffriżata għal dejjem.

Kull embrijun krejat permezz ta’ ċ-ċiklu IVF huwa persuna umana distinta. Skont il‑proċedura proposta, kull embrijun se jkun ittestjat għall-possibiltà ta’ monogenic disordersKompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 29 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Mejju

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:1-11
Salm: 46 (47):2-3,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Lhud 9:24-28; 10:19-23

L-Evanġelju: Lq 24:46-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri… Kompli aqra »

Nużaw il-ġid tagħna biex inkomplu l-missjoni tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Festa tal-Madonna tal-Karità

  Il-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel instint ta’ Marija wara t-tħabbira tal-anġlu, fir-rakkont li jagħtina Luqa, hu “li qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta. L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’dan il-mument, b’din id-deċiżjoni ta’ Marija. Nafu u niftakru li l-anġlu Gabrijel lil Marija taha sinjal; li dak li kien qed jgħidilha, u dak li kienet wegħedha, mhux biss kien iseħħ imma kien ser iseħħ bil-qawwa ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18:23-28
Salm: 46 (47):2-3,8-9,10

L-Evanġelju: Ġw 16:23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.

Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »