L-għożża tas-sabiħ li ġej mill-imgħoddi, il-ħarsa lejn il-futur – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-ħatra ta’ żewġ kanonċi ġodda
08/05/2022 Il-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, il-Belt VallettaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Illum hu l-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, billi hu r-Raba’ Ħadd tal-Għid meta l-kelma ta’ Alla turina lir-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù Kristu. Għal dan il-jum il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ, u fil-bidu jsemmi tliet punti li jien nixtieq li jkunu l-punti li fuqhom nirriflettu f’dan il-jum, f’din l-okkażjoni tal-ħatra ta’ Fr Peter u Fr Antoine bħala kanonċi ġodda. Tgħodd ħafna għalina lkoll.
Il-Papa jgħid kemm hu importanti li aħna: nibnu l-familja umana, infejqu l-ġrieħi tagħha, u nindirizzawha lejn futur aħjar… Kompli aqra »