Arkivji mensili: Mejju 2022

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima – Tifkira

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:26-33
Salm: 2:6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Ġw 14:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

Konferenza Ewropea f’Malta dwar il-katekeżi

20 delegat għall‑katekeżi fl‑Ewropa attendew konferenza ta’ tliet ijiem f’Malta fejn ddiskutew il‑ministeru tal‑katekist u l‑irwol importanti li għandu fid‑dinja tal‑lum biex titwassal l‑Aħbar it‑Tajba. Il‑konferenza ġiet organizzata mit‑Taqsima tal‑Katekeżi fi ħdan is‑CCEE (Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej) flimkien mal‑Konferenza Episkopali Maltija u mas‑Segretarjat għall‑Katekeżi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din kienet l‑ewwel darba li d‑delegati ltaqgħu fiżikament minn wara l‑pandemija. 

Fil‑laqgħat u d‑diskussjonijiet ta’ dawn it‑tlitt ijiem ħarġet is‑sbuħija tal‑Knisja Kattolika fid‑diversità tagħha fl‑Ewropa u l‑modi differenti kif il‑Kelma qed tixxandar fil‑konkret f’dawn il‑pajjiżi… Kompli aqra »

Ġesù: l-ewwel appostlu, il-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù għal diversi drabi f’din is-silta tal-Evanġelju, mill-kapitlu 13 ta’ San Ġwann, juża l-kelma ‘nibgħat’, ‘mibgħut’; minn fejn ġejja l-kelma ‘appostlu’. Hu qed jibgħatna f’ismu. Imma qabelxejn qed ifakkarna li hu wkoll il-mibgħut. “Min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħtni” (Ġw 13:20). L-ewwel appostlu hu Ġesù stess – hu l-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier, missier ta’ kull ħniena… Kompli aqra »

Il-Papa: Meħtieġa miżuri konkreti biex terġa’ titqajjem it-tama fil-familja u fit-twelid

At the “General States of Birth” meeting, Pope Francis calls for joint efforts to reverse the course of the “cold demographic winter” as birthrates decline in several nations, stressing that “it can be done” through mutual collaboration at all levels of society.

Addressing participants at the second edition of the “General State of Births” meeting held on Thursday at the Auditorium della Conciliazione in Rome, Pope Francis highlighted that the issue of the birthrate represents a real social emergency that is not immediately perceptible like other problems that occupy the news… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:13-25
Salm: 88 (89):2-3,21-22,25,27

L-Evanġelju: Ġw 13:16-20

Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-tajjeb li jkun sar u nżera’ fix-xjuħija hu l-aqwa ġid li nistgħu nħallu b’wirt

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 9. Ġuditta. Żagħżugħa ammirevoli, xjuħija ġeneruża

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellmu fuq Ġuditta, erojina biblika. L-għeluq tal-ktieb li jġib isimha – smajna silta minnu – jiġbor l-aħħar parti tal-ħajja ta’ din il-mara, li ddefendiet lil Iżrael mill-għedewwa tiegħu. Ġuditta kienet armla żagħżugħa u twajba Lhudija li, grazzi għall-fidi tagħha, għall-ġmiel tagħha u għall-għaqal tagħha, salvat il-belt ta’ Betulja u l-poplu ta’ Ġuda mill-assedju ta’ Oloferne, ġeneral ta’ Nebukadnessar, is-sultan tal-Assirja, għadu prepotenti u mistkerrah ta’ Alla… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-knisja tan-Naxxar

Proġett kofinanzjat mill-fondi Ewropej

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, il‑koppla u l‑kampnari tal‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, proġett li sar b’investiment ta’ €155,500, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Dun David Gauci.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tan‑Naxxar, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnari u xi wħud mill‑ġebel, b’mod partikolari dak fin‑naħa ta’ fuq, kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja… Kompli aqra »

Il-paċi li jagħtina l-Mulej minn issa hi t-togħma tal-ġenna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post, il-ħin u anki għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, ir-raba’ ħadd ta’ wara l-Għid. L-ewwel nett kienet ix-xitwa Ġesù, ovvjament immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Kompli aqra »