Arkivji mensili: Ġunju 2022

L-ebda stat ma jista’ jkun obbligat jillegalizza jew jiffaċilita l-abort – COMECE

  Dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-COMECE dwar id-diskussjoni tal-PE dwar 'Theddid globali għad-drittijiet tal-abort'

In view of the discussion scheduled for Wednesday 8 June 2022 in the European Parliament under the title “Global threats to abortion rights: the possible overturn of abortion rights in the US by the Supreme Court”, the Secretary General of COMECE, Fr Manuel Barrios Prieto, has made the following declaration:

We see with surprise that the European Parliament will discuss the impact of a leaked draft opinion of the US Supreme Court concerning abortion… Kompli aqra »

“Il-ħajja umana tibda mit-tnissil u rridu nirrispettawha, hi min hi u hi f’liema ċirkustanza hi” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk smajtux bil-kelma ‘sinodu’. Kulħadd jitkellem fuq is-Sinodu; kollox sinodu. Imma din il-kelma xi tfisser? Ġejja mill-Grieg súnodos u tfisser ‘triq waħda’ jew inkella ‘triq flimkien’, li nimxu flimkien. Fl-Evanġelju li smajna llum, Ġesù juża din it-tixbiha: meta tkun għadek fit-triq ma’ min jixtieq itellgħek il-qorti ⁠—jew ma’ min għandu għalxiex itellgħek il-qorti— tkunu qegħdin f’mixja flimkien, sinodali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ix-xjuħija tgħinna nifhmu l-ħlewwa t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 13. Nikodemu. “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ?” (Ġw 3:4)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fost il-figuri ta’ anzjani l-iżjed rilevanti fil-Vanġeli hemm Nikodemu – wieħed mill-mexxejja tal-Lhud –, li ried isir jaf lil Ġesù, imma mar għandu fis-satra tal-lejl (ara Ġw 3:1-21). Fil-kollokju ta’ Ġesù ma’ Nikodemu toħroġ il-qalba tar-rivelazzjoni ta’ Ġesù u tal-missjoni feddejja tiegħu, meta jgħid: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 18:41-46
Salm: 64 (65):10abċd,10e-11,12-13

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F ’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

Irrestawrati 7 pitturi fl-Oratorju tal-Madonna tal-Karità fil-Belt

  Il-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Ġie inawgurat proġett ta’ restawr li sar fuq sett ta’ seba’ pitturi li jinsabu fl-Oratorju tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità. Din il-Konfraternità hi eretta fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett saret il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju, mill-Arċisqof Charles Scicluna, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karità. Dakinhar l-Arċisqof Scicluna qaddes quddiesa solenni fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.

Is-seba’ kwadri li ġew irrestawrati minn PrevArti, jikkonsistu f’sitt kwadri ta’ Giuseppe d’Arena li jinsabu mwaħħlin mal-ħitan tal-Oratorju u t-titular tal-Oratorju li jirrappreżenta l-ġrajja tat-Tieġ ta’ Kana… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 18:20-39
Salm: 15 (16):1-2a,4.5 u 8,11
L-Evanġelju: Mt 5: 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

“X’qegħdin nagħmlu bil-poter li ksibna?” – Il-mistoqsija tal‑Arċisqof fis-Sette Giugno

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi nistaqsu għaliex Ġesù juża x-xbihat tal-melħ u tad-dawl biex jgħidilna min aħna. Donnu jrid jispjegalna li fil-ħajja tagħna rridu nħarsu lejn dawn ix-xbihat. Il-melħ huwa dak li jagħti t-togħma allura nitolbu li bix-xhieda tagħna, b’ħajjitna, bi kliemna u b’imġibitna nħallu togħma tajba.

Kultant nfakkru ’l xi ħadd li ħalliena u fi kliemna nirrealizaw kemm din il-persuna ħalliet togħma tajba… Kompli aqra »

Filmat: Live-in tal-Kappillani 2022 – Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva

Il‑kappillani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it‑tema ‘Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva’, waqt il‑live‑in annwali. Huma ddiskutew kif bħala saċerdoti jista’ jkollhom attitudni pastorali li dejjem tilqa’ lill‑persuni ta’ madwarhom billi jkunu inklussivi fi kliemhom, fl‑atteġġjament tagħhom u fid‑deċiżjonijiet li jieħdu, kemm mal‑persuni li huma midħla tal‑Knisja u anke dawk li mhumiex. ‘Knisja li tilqa’ hi t‑tieni tema tad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

L‑ewwel jum tal‑live‑in li sar fis‑Seminarju tal‑Arċisqof beda b’messaġġ mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna li tkellem dwar l‑isfond bibliku tal‑kelma ‘tilqa’… Kompli aqra »