Arkivji mensili: Ġunju 2022

Avviż

Għada, il-Ġimgħa, 3 ta’ Ġunju 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 4 ta’ Ġunju 2022. Kompli aqra »

Il-Kardinal Mario Grech b’kariga oħra fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

Din il-kongregazzjoni tieħu ħsieb affarijiet marbuta mal-prattiċi liturġiċi tal-Knisja u kwistjonijiet oħra relatati mas-sagramenti. Il-Prefett ta’ din il-Kongregazzjoni hu l-Isqof Arthur Roche li l-Papa Franġisku għadu kemm ħabbar li se jinħatar kardinal nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Kardinal Mario Grech hu wkoll is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Flimkien mal-Kardinal Mario Grech hemm ukoll il-Kardinali Luis Antonio G… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-anzjani huma l-memorja tal-familja, tal-umanità, tal-pajjiż

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija – 12. “Titlaqnix meta tħallini saħħti” (Salm 71:9)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

It-talba sabiħa tal-anzjan li nsibu fis-Salm 71 li għadna kemm smajna tħeġġiġna nimmeditaw fuq it-tensjoni qawwija li hemm fil-kundizzjoni tax-xjuħija, meta l-memorja tat-taħbit megħlub u tal-barkiet milqugħa tiġi ppruvata mill-fidi u mit-tama.

Il-prova diġà tippreżenta ruħha bid-dgħufija li ssieħeb il-passaġġ tal-fraġilità u l-vulnerabbiltà tal-età avvanzata… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:30; 23:6-11
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11

L-Evanġelju: Ġw 17:20-26

F’dak iż-żmien, 1Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni… Kompli aqra »

Is-70 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini tal-Provinċja ta’ Malta

Il-ġimgħa li għaddiet ġie ċċelebrat is-70 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini Maltin. Il-Kapitlu sar fil-kunvent tas-Salib Imqaddes, fil-Furjana bejn is-16 u l-20 ta’ Mejju 2022, u għalih attendew 48 Aħwa Kapuċċini. F’din il-ġimgħa l-Aħwa Kapuċċini kellhom iċ-ċans li flimkien jitolbu, jiddiskutu u anke jfasslu programm għall-futur tal-Provinċja tagħhom.

F’dan il-Kapitlu presedut mill-Kunsillier Ġenerali tal-Ordni tal-Kapuċċini, Patri Pio Murat saru wkoll l-elezzjonijiet tal-ministru provinċjali u anke tal-kunsill tiegħu għat-tliet snin li ġejjin… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ġunju 2022

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:28-38
Salm: 67 (68):29-30,33-35a,35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17:11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »