Arkivji mensili: Ġunju 2022

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 17:5-8,13-15a,18
Salm: 59 (60):3,4-5,12-13

L-Evanġelju: Mt 7:1-5

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk: “Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek”, meta inti stess f’għajnek għandek travu? … Kompli aqra »

Jingħata għalina – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li ħafna minna hawnhekk niftakru l-ġurnata tal-ewwel tqarbina. Jien niftakarha sew, kif konna nġbarna flimkien, numru kbir ta’ tfal, u mxejna mill-Museum sal-Knisja. Niftakar il-preparazzjoni għal dan il-jum kbir, u speċjalment il-ferħ li ħassejt, u miegħi l-familja kollha. Jien ċert li din hi l-esperjenza ta’ ħafna minna hawnhekk fl-ewwel tqarbina.

Nixtieqkom tirriflettu dwar dan: x’differenza hemm bejn l-ewwel tqarbina, għal ħafna minna tant snin ilu, u t-tqarbina tal-lum f’din il-quddiesa? … Kompli aqra »

“Ersqu għat-tqarbin” – L-istedina tal-Arċisqof fil-festa ta’ Corpus Christi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù nistħajlu li l-Knisja tagħżel xi Evanġelju jirrakkonta l-mument meta Ġesù jwaqqaf dan is-sagrament. Fil-qari li smajna llum huwa l-Appostlu Missierna San Pawl meta jikteb lill-Koritin li jfakkarna x’ġara u li hu kien irċieva mingħand il-Mulej it-tagħlim li għadda lill-komunità ta’ Korintu. “Il-Mulej Ġesù fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr, qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li ngħata lilkom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi’… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Corpus Christi – 19 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Żewġ arċiprieti u amministratur parrokkjali ġodda għall-parroċċi taż-Żurrieq, Stella Maris u l-Manikata

Dun Daniel Cardona Arċipriet ġdid għall‑parroċċa taż‑Żurrieq

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Daniel Cardona bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ Santa Katarina fiż‑Żurrieq waqt li rringrazzja lil Dun Karm Mercieca, li serva bħala arċpriet u se jkompli jagħti s‑servizz tiegħu fl‑Arċidjoċesi.

Dun Daniel Cardona twieled f’tal‑Pietà fis‑27 ta’ Marzu 1973. Irċieva l‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Ġunju

Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 14:18-20
Salm: 109 (110):1,2,3,4
It-Tieni Qari: 1 Kor 11:23-26

L-Evanġelju: Lq 9:11b-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab”… Kompli aqra »

Teżori fis-sema – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġemmgħu għalikom teżori fis-sema” (Mt 6:20). Dan hu li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu llum, fl-Evanġelju skont San Mattew, filwaqt li jagħmel kuntrast bejn dawn it-teżori fis-sema, it-teżori li jibqgħu, u t-teżori f’din id-dinja li, jgħid Ġesù, jitmermru bil-kamla u s-sadid u kultant ukoll jinsterqu mill-ħallelin.

Ġesù qed jagħti messaġġ ċar. Aħna nafu x’jiġifieri meta jgħid “teżori fid-dinja”. Il-Papa Franġisku, meta jispjega din, isemmi tlieta, fost oħrajn: il-vanità, il-poter u l-ġid materjali… Kompli aqra »

Il-ħtieġa li niskopru kemm il-Mulej ma jiddejjaqx jieħu paċenzja bina – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Ivan Scicluna bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Ħal Safi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-laqgħa ta’ Pawlu ma’ Ġesù fit-triq ta’ Damasku hi f’mument ta’ dawl qawwi, qrib nofsinhar, meta fid-deżert ix-xemx tiżreġ. Fl-istess ħin Pawlu jara dawl, li donnu jisboq id-dawl tax-xemx naturali, dawl li għamieh. Għandu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu, kif qrajna fit-tieni qari llum, f’rakkont li żgur tafuh tajjeb, intom il-membri tal-parroċċa ta’ Ħal Safi. Kellu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu biex jobdi l-Kelma ta’ Ġesù, li tistiednu jmur Damasku… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 24:17-25
Salm: 88 (89):4-5,29-30,31-32,33-34

L-Evanġelju: Mt 6:24-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.

Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »