Nistagħnu quddiem Alla – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fit-Tmintax-il Ħadd tas-Sena
31/07/2022 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15). Din is-sentenza ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum hi, biex ngħid hekk, il-qofol tal-messaġġ tiegħu, u torbot ma’ dak li smajna f’silta oħra tal-Kelma ta’ Alla, l-Ittra ta’ San Pawl lill-Kolossin, meta jgħid li “r-regħba hi idolatrija” (Kol 3:5).
X’inhi r-regħba? Hi l-kilba biex inti dejjem ikollok, u jkollok aktar, u dejjem aktar, u qatt ma inti kuntent jew kuntenta b’dak li għandek, u minħabba f’hekk il-ħajja kollha ssir ġirja biex int takkumula aktar… Kompli aqra »