Arkivji mensili: Lulju 2022

Nistagħnu quddiem Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tmintax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15). Din is-sentenza ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum hi, biex ngħid hekk, il-qofol tal-messaġġ tiegħu, u torbot ma’ dak li smajna f’silta oħra tal-Kelma ta’ Alla, l-Ittra ta’ San Pawl lill-Kolossin, meta jgħid li “r-regħba hi idolatrija” (Kol 3:5).

X’inhi r-regħba? Hi l-kilba biex inti dejjem ikollok, u jkollok aktar, u dejjem aktar, u qatt ma inti kuntent jew kuntenta b’dak li għandek, u minħabba f’hekk il-ħajja kollha ssir ġirja biex int takkumula aktar… Kompli aqra »

“X’jiswa li jkollok il-ġid imma m’għandekx imħabba?” – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilkoll nafu kemm jista’ joħloq inkwiet dan l-imbierek wirt. Donnu Ġesù xamma din il-ħaġa meta wieħed mill-folla staqsih biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu (Lq 12:13). Imma mbagħad immedjatament jispjegalna fuq xiex għandna noqgħodu tassew attenti u juża din il-kelma qawwija: “Iftħu għajnejkom, ħarsu rwieħkom minn kull rebgħa”. Hu jispjegalna “għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam,” jgħid, “ħajtu ma tiddependnix mill-ġid li jkollu” (Lq 12:15)… Kompli aqra »

Kif se nagħti valur lil ħajti? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali ta' Dun Mosè Borg

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna mdorrijin inkejlu s-suċċess ta’ din id-dinja bil-ġid li dak li jkun ikollu mrekken u mfakkar. Anke l-ulied, kultant, iħarsu lejn il-ġenituri bħala investiment. X’se jħallulna? Ħafna drabi mal-wirt jiġi wkoll ħafna inkwiet.

Fil-fatt, l-Evanġelju tal-lum jibda proprju b’din is-sitwazzjoni, ta’ tilwim bejn l-aħwa dwar il-wirt. Ġesù jirrifjuta li jidħol f’din il-bixkla għax, kif nafu, ftit hemm soluzzjonijiet ġusti f’dawn l-affarijiet… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Imsida u kordinatur djoċesan għall-pastorali mal-anzjani

Dun Mario Mifsud Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imsida

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp fl‑Imsida.

Dun Mario Mifsud twieled Ħ’Attard fis‑17 ta’ Mejju 1963 u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl-iskola statali tal-Ħamrun, is-sekondarja fil‑Liċeo, il‑Ħamrun u fis‑Seminarju Minuri. Qabel ma daħal għall‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, fl‑1988 ggradwa bħala accountant mill‑Università ta’ Malta.

Huwa ġie ordnat saċerdot fis‑16 ta’ Settembru 1994 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 31 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Lulju

It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Qoħ 1:2; 2:21-23
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: Kol 3:1-5,9-11

L-Evanġelju: Lq 12:13-21

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.”

U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

Se nitlaq mill-Kanada arrikkit ħafna mill-popli indiġeni – Il-Papa

Highlights: Meeting with a delegation of indigenous peoples

Ahead of his departure from Quebec, Pope Francis meets with a delegation of indigenous peoples to express appreciation for his welcome to Canada, saying that he hopes to have contributed to the path of reconciliation and healing.

“I bear in my heart the incomparable treasure of all those individuals and peoples who have left a mark on me; the faces, smiles and messages that remain with me; the unforgettable stories and natural beauties; the sounds, colors and emotions that touched me deeply.”

Pope Francis offered those heartfelt words of appreciation to the people of Canada, as he prepared to depart from Quebec to make a brief stop in the northernmost city of Iqaluit… Kompli aqra »

Ir-restawr tal-Kunvent ta’ Santu Wistin jasal fl-aħħar fażi

  Il-Kunvent ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

Ix-xogħol fuq il-proġett ta’ restawr tal-kunvent ta’ Santu Wistin qed joqrob lejn tmiemu. Ix-xogħlijiet li saru jinkludu r-restawr u l-konservazzjoni tal-erba’ faċċati tal-kunvent, it-tħaffir arkeoloġiku ta’ parti mill-bitħa u l-installazzjoni ta’ lift li jkun aċċessibbli għal kulħadd. Permezz ta’ dan il-proġett, ġiet irriġenerata binja estensiva li kienet ilha biex tiġi rrestawrata b’mod sinifikanti minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha ġġarrfu partijiet sostanzjali. Parti minn din il-binja se tinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità… Kompli aqra »

Familja ta’ ħafna mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tifkira ta’ Santa Marta, Santa Marija u San Lazzru

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-familja ta’ Marta, Marija u Lazzru kienet familja fejn Ġesù sab ħafna mħabba. Ġesù kien iħobb lil din il-familja. Naraw f’dawn it-tlieta min-nies xi ħaġa li nistgħu nitgħallmu ħafna wkoll għall-ħajja tagħna.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn Marta, li ħafna drabi nassoċjawha proprju, kif naqraw f’din is-silta, ma’ dik li kellha ħafna x’tagħmel. Għalhekk, meta Ġesù kien hemm, bdiet tagħmel il-ħafna xogħol tad-dar, għall-bżonn biex tkun ta’ servizz għalih stess; u ħaditha bi kbira għax oħtha qagħdet hemm fejn Ġesù, u ma ġietx tgħinha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26:11-16,24
Salm: 68 (69):15-16,30-31,33-34

L-Evanġelju: Mt 14:1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta… Kompli aqra »