Arkivji mensili: Lulju 2022

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 8:4-7,11-13
Salm: 113 B (115):3-4,5-6,7ab-8,9-10

L-Evanġelju: Mt 9:32-38

F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”.

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

Il-Papa jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Amerikana u jikkundanna l-abort

In a wide-ranging interview with American journalist Philip Pullela of Reuters, Pope Francis covers topics such as the recent US Supreme Court decision overturning Roe v. Wade, the possibility of resigning, the decision to postpone his planned Apostolic Visit to South Sudan and the Democratic Republic of Congo, and his hopes for a trip to Moscow and Kyiv.

Pope Francis has responded to the U.S… Kompli aqra »

Il-ħajja hi għażiża! – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Bon Pastur, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qabad id it-tifla u din qamet” (Mt 9:25). Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew f’din il-ġrajja sabiħa tal-fejqan tat-tifla ta’ wieħed mill-kapijiet. Ġesù neħħa n-nies li kienu qegħdin jagħmlu ħafna storbju u hemmhekk, fil-kwiet, qabad id it-tifla u din qamet. Fl-istess deskrizzjoni ta’ dak li għamel Ġesù, bħalma narawh f’diversi drabi, hemm l-imħabba kbira lejn din it-tifla u lejn il-familja tagħha – dik li l-Papa Franġisku jħobb isejjaħ bi tliet kelmiet: viċinanza, kompassjoni, tenerezza… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Id-dinja teħtieġ paċi mhux imsejsa fuq armi u biża’

  Il-Pjazza ta' San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno!

In the Gospel of this Sunday’s liturgy, we read that “the Lord appointed seventy-two [disciples], and sent them on ahead of him, two by two, into every town and place where he himself was about to come” (Lk 10:1). The disciples were sent two by two, not individually. To go on a mission two by two, from a practical point of view, would seem to bring more disadvantages than advantages… Kompli aqra »

€519,721 mill-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

It-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball li bdiet nhar il-Ġimgħa spiċċat il-Ħadd f’nofsillejl bil-ġabra €519,721 wara 53 siegħa sħaħ. Fil-maratona ħadu sehem 40 plejer u madwar 200 voluntier.

Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar qal li l-maratona hi maratona ta’ solidarjetà u sport u l-ispirtu altruwistiku kien rifless fil-plejers u n-numru sabiħ ta’ voluntiera li ħadu sehem f’dawn it-tlitt ijiem.

Irrefera wkoll għas-sentejn li għaddew li matulhom il-maratona ma saritx u ħafna mill-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi tista’ tgħid twaqqfu għalkollox… Kompli aqra »

Il-messaġġ li tagħtina d-Dar tal-Providenza – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Erbatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi

Din id-Dar kuljum hi ċelebrazzjoni ta’ mħabba u ta’ għożża. Lilna tagħtina messaġġ qawwi u importanti ħafna, lilna, lis-soċjetà Maltija kollha.

Din id-Dar turina l-ewwel nett l-għożża tal-ħajja. Mill-ewwel mument tal-eżistenza tagħha, mit-tnissil tagħha, il-ħajja hi għażiża u aħna għandna ngħożżu l-ħajja bl-imħabba.

Din id-Dar tagħtina wkoll messaġġ qawwi ta’ inklużjoni. Kull bniedem għandu sehem fis-soċjetà. Għalhekk aħna għandna naċċettaw dejjem lil kull bniedem, kull ħajja umana… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2, 16.17b-18.21-22
Salm: 144 (145), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 3 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 66:10-14ċ
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a,16 u 20
It-Tieni Qari: Gal 6:14-18

L-Evanġelju: Lq 10:1-12,17-20

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit! Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu! … Kompli aqra »