Arkivji mensili: Lulju 2022

It-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nazju Falzon kellu ħeġġa kbira biex iwassal l-Evanġelju u biex jgħallem il-fidi Kattolika. Hu qiegħed il-ħafna talenti tiegħu u l-preparazzjoni intellettwali tiegħu għas-servizz tal-katekeżi.” Dan hu l-kliem li qal il-Papa Ġwanni Pawlu II, illum qaddis, meta fis-sena 2001 kien Malta biex imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Nazju Falzon, flimkien ma’ ta’ Dun Ġorġ Preca u Adeodata Pisani.

Hu kliem li jurina kif dan il-beatu, li għex f’epoka differenti, għandu ħafna x’jgħidilna wkoll għall-ħajja tagħna llum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 9:11-15
Salm: 84 (85):9.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 9:14-17

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu… Kompli aqra »

Kull investigazzjoni f’rapporti ta’ abbuż trid tkun indipendenti – Kap tas-Safeguarding Commission

Il-Kap tas-Safeguarding Commission Andrew Azzopardi qal li kull investigazzjoni f’rapporti ta’ abbuż minn persuni reliġjużi trid tkun indipendenti minn kull tip ta’ indħil.

F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, Azzopardi tkellem dwar konferenza li saret f’Ruma għal persuni li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal u tal-adulti vulnerabbli fil-Knisja. Għal din il-konferenza attendew 80 persuna li sitta minnhom kienu qed jirrappreżentaw lill-Arċidjoċesi ta’ Malta u lill-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, jiġifieri l-ordnijiet reliġjużi f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tal-Beatu Nazju Falzon – 1 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-6,9-12
Salm: 18 (119):2,10,20,30,40,131

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”… Kompli aqra »