Arkivji mensili: Lulju 2022

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4:7-15
Salm: 125:1-6

L-Evanġelju: Mt 20:20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

Għallimna nitolbu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sbatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Ix-xewqa li wrew id-dixxipli ta’ Ġesù meta qalulu “Mulej, għallimna nitolbu” (Lq 11:1) hi x-xewqa li għandu jkollna aħna lkoll bħala dixxipli ta’ Ġesù. Dan għax kontinwament f’ħajjitna hemm bżonn li nitgħallmu nitolbu.

Talb biex nipperswaduh

Kultant, fil-fatt, meta nitolbu, ikollna f’moħħna u f’qalbna xi ħaġa ftit differenti minn dak li Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu. Kultant it-talb tagħna jkun li aħna nafu diġà x’inhu l-aħjar, u mmorru quddiem il-Mulej biex nipperswaduh jaqbel magħna, biex hu jagħtina dak li nafu li għandna bżonn… Kompli aqra »

Ngħallmu lil uliedna l-alfabett tal-fidi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Kalċidonju u s-Sbatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ftit punti ħfief ispirati minn dan l-Evanġelju li hu profond ħafna, għandu ħafna tagħlim u naħseb importanti ħafna wkoll għalina u għall-ħajja tagħna spiritwali, il-ħajja Nisranija tagħna.

L-ewwel nett Ġesù jibda mill-eżempju. Se jgħallimna fuq it-talb imma l-Evanġelju ta’ San Luqa ħafna drabi u anke fil-bidu ta’ din is-silta jgħidilna li Ġesù kien isib il-ħin biex jitlob. “Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob”… Kompli aqra »

Apostlu tal-appostli – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Marija Maddalena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kellu tipi differenti ta’ dixxipli. Kien hemm dixxipli li jimxu miegħu fit-triq, li jkunu fejnu meta jgħallem, ifejjaq u jagħmel il-mirakli. U kien hemm dixxipli oħra li laqgħuh f’darhom, bħal dik il-familja ta’ Betanja – Marija, Marta u Lazzru – li laqgħu lil Ġesù f’darhom. 

Fost id-dixxipli li kienu jakkumpanjaw lil Ġesù, tista’ tgħid it-tnax kienu dawk l-aktar qrib… Kompli aqra »

Il-Kardinal Parolin: Il-Papa Franġisku sejjer il-Kanada biex iħaddan il-popli indiġeni

The six days Pope Francis will spend in Canada will be intense. An entire country is awaiting him, a part of which has been wounded by the horrors of the past, in which indigenous peoples suffered violence and deprivation at the hands of a colonialist mentality which employed policies and practices of cultural assimilation with the goal of annihilating indigenous identities.

Pope Francis himself has called his Apostolic Visit to Canada a “penitential pilgrimage” which seeks to “contribute to the journey of reconciliation and healing already underway.”

The Pope will once again embrace the pain and suffering of indigenous communities, following his recent meetings with them in the Vatican… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 24 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18:20-32
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,6-7ab,7ċ-8
It-Tieni Qari: Kol 2:12-14

L-Evanġelju: Lq 11:1-13

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: ‘Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum… Kompli aqra »

Dettalji: Open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

Illum is-Sibt 23 u għada l-Ħadd 24 ta’ Lulju 2022, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana se terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija.

Il-pubbliku hu mistieden iżur il-bini tal-Kurja magħrufa bħala Casa Manresa, jara x-xogħol ta’ restawr li sar, jiltaqa’ mal-isqfijiet, jattendu għall-quddiesa, jipparteċipaw f’taħditiet informattivi u jaraw ukoll b’għajnejhom il-ħidma pastorali li ssir mill-Knisja f’Malta. Id-dħul huwa bla ħlas… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

Santa Briġida tal-Iżvezja, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2:19-20
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom… Kompli aqra »