Permezz ta’ Ġesù t-toqol isir ħelu u ħafif – L-Arċisqof
14/07/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaĠesù ma jaħbix il-fatt li qed joffrilna madmad u qed joffrilna toqol; u jsejħilhom tiegħu. Misteru kbir dan, li mexxej li qed jipprova jattirak lejh, ma jaħbilekx l-isfidi tad-dixxipulat, tal-fatt li inti tkun miegħu. Jaf li aħna “mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28), jgħid. Imma fl-istess ħin, waqt li se jserraħna mit-taħbit u t-toqol tagħna; u dan hu misteru kbir; qed jgħidilna: ‘isma’ jien se noffrilkom madmad u toqol’… Kompli aqra »