Arkivji mensili: Settembru 2022

Il-Papa Franġisku mnikket bil-mewt tar-Reġina Eliżabetta II

Pope Francis greets Queen Elizabeth II and Prince Philip on 10 April 2021

Her Majesty Queen Elizabeth II of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland died on Thursday afternoon at Balmoral Castle, her residence in Scotland.

Her family had gathered with the late Queen as concerns grew about her health earlier in the day.

Queen Elizabeth II reigned for over 70 years, celebrating her Platinum Jubilee on 2 June 2022… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 9:16-19,22b-27
Salm: 83 (84):3,4,5-6,12

L-Evanġelju: Lq 6:39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.

Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk: “Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek”, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jistaqsina: taf tisma’ lil qalbek?

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi fuq id-Dixxerniment: 2. Eżempju: Injazju ta’ Loyola

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bir-riflessjoni tagħna fuq id-dixxerniment – f’dan iż-żmien, ta’ kull nhar ta’ Erbgħa se nitkellmu fuq id-dixxerniment spiritwali –, u għalhekk jista’ jiswielna ta’ għajnuna li nagħmlu riferiment għal xhieda konkreta.

Wieħed mill-eżempji li l-iżjed nistgħu nitgħallmu minnhom joffrihulna Sant’Injazju ta’ Loyola, b’episodju deċiżiv ta’ ħajtu… Kompli aqra »

“Quddiem il-ħażen u l-inġustizzja ma tistax tkun newtrali!” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa tal-Vitorja

  Il-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għażla ta’ din il-knisja għażiża għandha sinifikat profond din is-sena. Ilkoll nafu li l-Birgu jew il Borgo del Castello, ingħata wkoll tat-titlu Città Vittoriosa minħabba dak li qed niċċelebraw illum u għada: il-ħelsien mill-Assedju tal-1565. Bħal-lum aħna nfakkru wkoll it-tmiem tat-trawma kbira li għalina kienet it-Tieni Gwerra Dinjija; il-kapitulazzjoni tal-flotta navali Taljana fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Settembru tal-1943… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5:1-4a
Salm: 12:6
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 1:1-16,18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Vitorja – 8 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tifraħ bil-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu I

Id-Dar tal-Providenza, li għandha Villa msemmija għall-Papa Ġwanni Pawli I, tifraħ bil-beatifikazzjoni tiegħu li saret nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022 b’ċelebrazzjoni ppreseduta mill-Papa Franġisku fil-pjazza tal-Vatikan. 

Il-Kardinal Taljan Albino Luciani kien elett Papa fis-26 ta’ Awwissu 1978 u għażel l-isem ta’ Ġwanni Pawlu b’turija ta’ rispett lejn il-predeċessuri tiegħu, il-Papa Ġwanni XXIII u Papa Pawlu VI. Hu miet ħesrem 34 jum wara, fit-28 ta’ Settembru 1978… Kompli aqra »

Programm għal tfal li għandhom ħuthom b’diżabbiltà

Il-Fond għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja (CSCF) qed toffri s-servizz ta’ Sibshine. Permezz ta’ dan is-servizz, professjonisti mħarrġin imexxu Sibshops, li huma opportunitajiet għal tfal u adolexxenti li jkollhom aħwa b’diżabbiltà sabiex jiltaqgħu ma’ aħwa oħra li jkunu qegħdin jesperjenzaw sitwazzjonijiet familjari simili għal tagħhom.

Din is-sena, CSCF ingħata fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ biex Sibshine jerġa’ jingħata ħajja ġdida… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »