Id-Dar tal-Providenza, li għandha Villa msemmija għall-Papa Ġwanni Pawli I, tifraħ bil-beatifikazzjoni tiegħu li saret nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022 b’ċelebrazzjoni ppreseduta mill-Papa Franġisku fil-pjazza tal-Vatikan. 

Il-Kardinal Taljan Albino Luciani kien elett Papa fis-26 ta’ Awwissu 1978 u għażel l-isem ta’ Ġwanni Pawlu b’turija ta’ rispett lejn il-predeċessuri tiegħu, il-Papa Ġwanni XXIII u Papa Pawlu VI. Hu miet ħesrem 34 jum wara, fit-28 ta’ Settembru 1978.

Villa Papa Luciani, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi  kienet inawgurata 35 sena ilu fit-8 ta’ Settembru 1987, erba’ xhur biss wara l-mewt tal-fundatur, Mons. Mikiel Azzopardi. Fil-fatt kienet ix-xewqa tiegħu li din il-Villa tissemma għall-mibki Papa Ġwann Pawlu I, magħruf ukoll bħala Papa Luciani jew il-Papa tat-tbissima. Din il-Villa fiha żewġ flats fejn f’kull wieħed minnhom jgħixu disa’ persuni b’diżabbiltà.