Ma għażilx nies perfetti – L-Isqof Galea-Curmi
28/10/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Għadda l-lejl fit-talb lil Alla” (Lq 6:12). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa fuq Ġesù, li tela’ fuq l-għoljiet waħdu, u għamel ħin twil hemmhekk jitlob. Ma kinetx l-unika darba li Ġesù mar waħdu biex jitlob. San Luqa jgħidilna fl-Evanġelju tiegħu fuq l-importanza tat-talb għal Ġesù, u fuq kif Ġesù kien ukoll għallem lid-dixxipli tiegħu kif jitolbu. Imma din iċ-ċirkustanza kienet speċjali, għax wara dak il-ħin ta’ talb, meta sebaħ, l-ewwel ma għamel Ġesù hu li sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »