Arkivji mensili: Ottubru 2022

Il-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V fil-Konkatidral ta’ Ġwann

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V inġabu f’Malta biex ifakkru l-450 sena anniversarju minn mewtu u jinsabu għall-wiri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann sat-13 ta’ Novembru 2022.

Il-Papa Piju V kien patri Dumnikan, li kien elett għall-papat fl-1566 sal-mewt tiegħu fl-1572. Hu mfakkar bħala benefattur kbir tal-kapitali Maltija, il-Belt Valletta, u promotur kbir tad-devozzjoni lejn Sidtna Marija tar-Rużarju Mqaddes.

Il-pubbliku jista’ jara dawn il-vestwarji pontifiċji kuljum, qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Konkatidral… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2:19-22
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Lq 6:12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jħeġġiġna nitgħallmu naqraw id-dwejjaq

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi fuq id-Dixxerniment. 7. Il-materja tad-dixxerniment. Id-deżolazzjoni

Għeżież ħuti, merħba u l-għodwa t-tajba!

Id-dixxerniment, dan rajnieh fil-katekeżijiet ta’ qabel, mhuwiex prinċipalment proċess loġiku; hu għandu x’jaqsam mal-azzjonijiet, u l-azzjonijiet għandhom konnotazzjoni affettiva li għandha tiġi rikonoxxuta wkoll, għax Alla jkellem lill-qalb. Nidħlu mela fl-ewwel mod affettiv, oġġett tad-dixxerniment, jiġifieri d-deżolazzjoni. Xi tkun din? … Kompli aqra »

Baġit 2023: Mument kruċjali ta’ għażla

Sommarju tar-reazzjoni tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tagħraf li l-Baġit 2023 ġie kkundizzjonat minn bosta kriżijiet.

Filwaqt li tilqa’ l-bosta miżuri soċjali mħabbra, il-Kummissjoni tixtieq tmur lil hinn minn kummentarju simplistiku dwar miżuri individwali, billi tistieden lill-Gvern jikkonsidra erba’ prinċipji gwida li l-Kummissjoni temmen li għandhom jiggwidaw l-għażla tagħna għall-mudell soċjo-ekonomiku li jwassal għal soċjetà aktar ġusta, sostenibbli u li tipprovdi lok għal rikonċiljazzjoni fejn saret ħsara… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6:10-20
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Lq 13:31-35

Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok”. U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi: “Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm”… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 3: L-Ambjent

It-tielet l-episodju ta’ Aħseb u Ara hu dwar l-ambjent u fuq x’għandha tkun ir-relazzjoni tagħna mal-ambjent ta’ madwarna. Fih il-mistienda u l-preżentaturi jiddiskutu għalfejn naraw distakk bejn il-kliem u l-fatti u x’relevanza għandha l-fidi tagħna fuq il-mod ta’ kif nieħdu ħsieb l-ambjent.

🎙️ Mistiedna

Miriam Bonello
John Debattista

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6:1-9
Salm: 144 (145):10-11,12-13ab,13ċd-14

L-Evanġelju: Lq 13:22-30

F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: “Mulej, iftħilna!”. Iżda hu jweġibkom u jgħid: “Ma nafx mnejn intom”… Kompli aqra »