Arkivji mensili: Ottubru 2022

Quddiesa u Rużarju – 20 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Knisja ta' Sant' Ursola, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3:14-21
Salm: 32 (33):1-2,4-5,11-12,18-19

L-Evanġelju: Lq 12:49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 2: Il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

It-tieni episodju ta’ Aħseb u Ara jintroduċi f’aktar dettall it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Jissemmew is-seba’ prinċipji ewlenin tat-Tagħlim, filwaqt li tingħata enfasi partikolari lid-dinjità tal-bniedem. Parti mid-diskussjoni ddur ma’ x’inhuma l-konsegwenzi meta dawn il-prinċipji ma jitħarsux.

🎙️ Mistiedna

Giulia Privitelli
Adam McCarthy

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3:2-12
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6

L-Evanġelju: Lq 12:39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”.

Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?”… Kompli aqra »

X’se nieħdu magħna? – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa. Id-diskors beda meta xi ħadd mill-folla talab lil Ġesù biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu. U Ġesù qallu li ma jidħolx fin-nofs f’affarijiet familjari, ma jkunx l-imħallef tagħhom Ġesù. Imma mbagħad idur lejn in-nies u jgħidilhom: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwiekom minn kull regħba”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4:9-17a
Salm: 144: 10-13,17-18

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

Il-Mulej hu dak li jħarisna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta' Marsaxlokk

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

125 sena ilu, b’digriet tal-Isqof Pietru Pace, M’Xlokk saret parroċċa ddedikata lill-Madonna ta’ Pompei. Għalhekk illum qed niċċelebraw storja twila ta’ din il-komunità parrokkjali. Hija storja ta’ tant saċerdoti u reliġjużi li taw ħajjithom għan-nies ta’ M’Xlokk u tant persuni li tul is-snin taw il-kontribut fil-ħajja tal-parroċċa, u nies li gawdew mill-ħidma f’din il-parroċċa.

Grazzi mill-qalb

Tul is-snin, kien hemm tant nies li stinkaw biex f’M’Xlokk tixxandar il-Kelma ta’ Alla, kif smajna lil San Pawl jinsisti llum fit-tieni Ittra lil Timotju – il-kelma li l-qofol tagħha hi l-Aħbar it-Tajba li Ġesù hu ħaj… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 t’Ottubru 2022, 9:30am