L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ottubru
17/10/2022Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Efes 2:1-10
Salm: 99 (100):2,3,4,5
L-Evanġelju: Lq 12:13-21
F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”… Kompli aqra »