Arkivji mensili: Ottubru 2022

Infermiera bi tbissima se ssir soru tal-karità

Sr Ramona Privitelli li hija infermiera fl-Isptar Karin Grech se tkun qed tagħmel il-professjoni solenni li biha tibda l-ħajja tagħha bħala soru tal-karita għal dejjem għada s-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022.

Ma’ Newsbook.com.mt Sr Ramona qalet li f’ħajjitha għexet l-esperjenza tal-vojt minkejja li kellha kollox. Hija saħqet li kellha xogħol tajjeb, karozza sabiħa, kienet tħobb issiefer u toħroġ u kellha wkoll xi relazzjonijiet ma’ ġuvintur… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:11-14
Salm: 32 (33):1-2,4-5,12-13

L-Evanġelju: Lq 12:1-7

F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesù qabad jgħid l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kulma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kulma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

L-aħħar tislima lil Patri Elija Vella

Jitħabbru d-dettalji tal-funeral ta' Patri Elija Vella

L-aħħar tislima lil Patri Elija Vella se tingħata nhar is-Sibt li ġej fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar. Patri Elija, eżorċista u eks kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, miet nhar it-Tnejn 10 ta’ Ottubru fl-età ta’ 81 sena. Qabel il-funeral, Patri Elija se jkun espost għall-qima tal-pubbliku l-Ġimgħa u s-Sibt filgħodu.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru

Fl-3:45pm Jitlaq il-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei lejn il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-tgergir ma jħallix ix-xewqa tikber

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi fuq id-dixxerniment. 5. L-elementi tad-dixxerniment. Ix-xewqa

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-katekeżijiet qed ngħaddu l-elementi tad-dixxerniment. Wara t-talb u l-għarfien tagħna nfusna, jiġifieri li nitolbu u nsiru nafu lilna nfusna, illum nixtieq nitkellem fuq “ingredjent” ieħor biex ngħidu hekk indispensabbli: illum nixtieq nitkellem fuq ix-xewqa. Fil-fatt, id-dixxerniment hu għamla ta’ tiftix, u t-tiftix jitwieled dejjem minn xi ħaġa li jkollna nieqsa imma li b’xi mod nafuha, għandna x-xamma tagħha… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 1: Id-Diskors

It-tema tal-ewwel episodju ta’ Aħseb u Ara hi l-polarizzazzjoni fid-diskors, għalfejn tiġri, u kif qed tikber. Tissemma l-importanza tal-laqgħa mal-“ieħor”, kemm f’dak li naqblu kif ukoll f’dak li ma naqblux. X’nistgħu nagħmlu biex id-djalogu jġib għaqda u mhux firda?

🎙️ Mistiedna

Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Benjamin Flores-Martin – Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:1-10
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 11:47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5:18-25
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 11:42-46

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal:  “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! … Kompli aqra »