Arkivji mensili: Diċembru 2022

It-tielet Ħadd tal-Avvent – Hena

L-istaġun tal-Milied… rigali li jridu jinxtraw, nies li trid tiltaqa’ magħhom, avvenimenti li trid tmur għalihom, ikel x’tipprepara, karitajiet li trid tgħin, u ħafna iktar.

Għal xi wħud, dan hu l-isbaħ żmien tas-sena u għalkemm żgur li jġib il-ferħ , jista’ wkoll isir wisq biex dak li jkun ilaħħaq miegħu.

Filwaqt li hi ħaġa sabiħa li wieħed jipparteċipa f’dawn l-attivajiet kollha matul żmien li jlaqqgħak ma’ tant nies, kultant naċċettaw wisq affarjiet… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fit-Tielet Ħadd tal-Avvent – 11 ta’ Diċembru 2022

  Paroċċa ta' Ħal Għaxaq

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 35:1-6a,10
Salm: 146 (147):7,8-9a,9bc-10
It-Tieni Qari: Ġak 5:7-10

L-Evanġelju: Mt 11:2-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni, li kien fil-ħabs, sama’ bl-għemejjel tal-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u qallu: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”.

Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar lill-foqra… Kompli aqra »

Fra John irrealizza li fil-Mulej Ġesù hemm ir-risposta: nistennew lilu – L-Arċisqof

Quddiesa tal-funeral tal-Gran Mastru Fra John Critien

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba Fra John ikkontempla ċ-ċiklu straordinarju li għandna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, u li permezz tiegħu, Mattia Preti tana n-narrattiva tal-ħajja ta’ Ġwanni, l-Għammied, il-Prekursur. Waħda mix-xeni li Mattia Preti pinġa fil-volta ta’ dik li kienet il-knisja konventwali tal-Ordni Ġerosolmitan kienet proprju dan id-djalogu ta’ Ġwanni l-Battista li jibgħat żewġ dixxipli tiegħu biex jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu… Kompli aqra »

Nilqgħu l-kelma ta’ Alla u nwassluha bla biża’ – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Wikkiel u sakranazz” (Mt 11:19). Dawn huma żewġ titli li taw lil Ġesù, u li hu jsemmihom fl-Evanġelju llum. Jgħid li xi nies kienu jgħidu fuqu li hu “wikkiel u sakranazz”.

Hawnhekk Ġesù qed jitkellem fuq ir-reazzjoni ta’ diversi nies kemm għal Ġwanni l-Battista u kemm għalih. Fuq Ġwanni l-Battista, qalu: “Għandu fih xitan” (Mt 11:18). U fuqu, li hu “wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u tal-midinbin”… Kompli aqra »

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi

Fondazzjoni Nazareth u l-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ huma ż-żewġ rebbieħa tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi għas-snin 2021 u 2022.

Dan ħabbru Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt il-kunċert Vokali u Strumentali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt il-patroċinju distint tal-Arċisqof Charles Scicluna u t-tmexxija tad-Direttur Mużikali, il-Kaptan Jonathan Borg bi preżentazzjoni ta’ Pio Dalli.

Fi stqarrija ntqal li l-kunċert sar il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina b’risq id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabiltà li jiġi mfakkar fit-3 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Is-saħħa għandek tħarisha bis-sħiħ imma ma tħarishiex billi toqtol lil ħaddieħor – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja tal-Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat

Photo by kellysikkema from unsplash L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Is-solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni hija festa għażiża għall-Maltin kollha. Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali għandhom ukoll devozzjoni partikulari lejn il-Kunċizzjoni, u hu għalhekk f’waqtu li f’din il-knisja, li ilhom tant snin jieħdu ħsieb – il-knisja għażiża li fiha hija vvenerata l-Madonna tas-Saħħa – qed norbtu l-festa tal-lum mal-75 anniversarju tal-inkurunazzjoni tax-xbieha mirakuluża tal-Madonna tas-Saħħa.

L-għożża tal-ħajja

Il-Kunċizzjoni, min-natura tagħha, tfakkarna fl-ewwel mument tal-ħajja umana, fit-tnissil… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Loreto
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48:1-4,9-11
Salm: 79 (80):2aċ u 3b,15-16,18-19

L-Evanġelju: Mt 17:10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”. Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Trid tbati biex tagħżel it-tajjeb

  Pjazza San Pietru, Ruma

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

L-Evanġelju tas-solennità tal-lum jeħodna fid-dar ta’ Marija biex jirrakkuntalna t-Tħabbira (cfr Lq 1,26-38).  L-anġlu Gabrijel isellem lil Marija b’dal-kliem: “Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek (v. 28)”.  Ma jsejħilhiex b’isimha, Marija, iżda b’isem ġdid li ma kinitx taf bih: mimlija bil-grazzja.  Mimlija bil-grazzja, jiġifieri bla ebda dnub, huwa l-isem li jtiha Alla u li qed nagħmlu l-festa tiegħu illum… Kompli aqra »