Arkivji mensili: Diċembru 2022

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13:2-7,24-25a
Salm: 70 (71):3-4a,5-6ab,16-17

L-Evanġelju: Lq 1:5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »

Musbieħ jixgħel u jiddi – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Musbieħ jixgħel u jiddi” (Ġw 5:35). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù fuq Ġwanni l-Battista llum fl-Evanġelju, u hi deskrizzjoni tajba ħafna. Musbieħ mhuwiex qiegħed hemm biex int tħares lejh u tiggustah u tieqaf hemm, imma musbieħ għandu l-funzjoni li juri, jagħti d-dawl li juri – juri l-post jew juri t-triq. Ġwanni hekk kien. Ġwanni kien dak li kellu l-missjoni – li qdieha tant tajjeb – biex juri lil Ġesù… Kompli aqra »

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Imħabba

Ħafna drabi ninsew inħobbu.

Meta nkunu mgħaġġla u nsibu ruħna mwaħħla fit-traffiku;
meta xi ħadd iqabbiżna waqt li qed nistennew fi kju ġewwa s-supermarket;
meta dak li nkunu ordnajna jasal tard;
meta ħadd mill-Bank ma jwieġeb it-telefonati tagħna;
meta xi membru tal-familja jgħid xi kelma mhux f’lokha waqt l-ikla tal-Ħadd.

Kontinwament insibu ruħna f’sitwazzjonijiet li jqanqlu kollox ħlief l-imħabba ġewwa fina… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – 18 ta’ Diċembru 2022

  Parroċċa, Santa Venera

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida

Wara l-prietka tal-Milied fil-Quddiesa ta’ Nofsillejl tas-sena li għaddiet

Fi żmien il‑Milied l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi għadd ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dawn jibdew f’lejlet il‑Milied u huma miftuħin għall‑pubbliku.

Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili f’lejlet il‑Milied, fil‑5:15 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Wara fil‑11:00 p.m. jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant ta’ għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tal‑Milied fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23(24):1-2,3-4ab,5-6
It-Tieni Qari: Rum 1:1-7

L-Evanġelju:  Mt 1:18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49:2,8-10
Salm: 71 (72):1- 2,3-4ab,7-8,17

L-Evanġelju: Mt 1:1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda fil-Kapitlu Metropolitan

L-Arċisqof Charles J. Scicluna dan l-aħħar ħatar lil Mons. Joseph Bajada biex ikun il-President il-ġdid tal-Kapitlu Metropolitan għat-tliet snin li ġejjin, wara li dan ġie elett mill-istess Kapitlu, filwaqt li Mons. Anton Gouder kien ikkonfermat bħala Viċi-President għal tliet snin oħra. L-
uffiċjali l-oħra tal-Kapitlu huma Mons. Hector Scerri li hu l-Kanċillier tal-Kapitlu u Mons. Salvino Micallef, Amministratur. Dawn l-erba’ Monsinjuri huma rispettivament l-Arċidjaknu, id-Dekan, il-Kantur u t-Teżorier tal-Kapitlu… Kompli aqra »