Yearly Archives: 2022

Il-Mulej hu ħafna ikbar mit-tradimenti tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-jumejn hemm kelma li tasal mill-qalb ta’ Ġesù u tinfed il-qalb tagħna. Hi l-kelma ‘tradiment’. Huma l-jiem tal-imħabba u t-traġedja kbira ta’ dawn il-jiem hi li, bħala risposta għal tant imħabba, il-Mulej jirrealizza li hemm ukoll it-tradiment. Iċ-ċaħda ta’ Pietru, it-tradiment ta’ Ġuda, b’xi mod huma anke fil-qalb ta’ Ġesù imma ferita kbira fil-qalb ta’ Ġesù. U l-kuntest hu ta’ intimità kbira… Kompli aqra »

Avviż

Minn nhar il‑Ħamis, 14 ta’ April 2022, il‑Kurja tal‑Arċisqof u l-Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa għall‑festi tal‑Għid.

Il-Kurja tal-Arċisqof, l‑Uffiċċju Żwiġijiet u t‑Tribunal Ekkleżjastiku jerġgħu jiftħu nhar it-Tlieta, 19 ta’ April. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

It-tneħħija tal-maskri fl-iskejjel tista’ twassal għal klassijiet mingħajr edukaturi

Stqarrija mill-iskejjel tal-Knisja

Church Schools would like to express their strong reservations at the unilateral decision taken by Government to remove the mandatory use of face masks in schools as of Wednesday 13th April 2022. 

This decision, taken at a time when schools have been hardest hit by COVID-19, with record numbers of sick students and staff, is also expected to leave an impact on parents who will have to remain at home to take care of their children… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jitlob għall-paċi fil-Perù

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti!

Qabel intemm din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq insellem lilkom ilkoll, partikolarment lill-pellegrini ġejjin minn diversi pajjiżi, fosthom għadd sabiħ ta’ żgħażagħ. Lil kulħadd, lil dawk ukoll li huma kollegati magħna permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni, nawguralkom il-Ġimgħa Mqaddsa t-tajba!

Jiena qrib l-għażiż poplu tal-Perù li għaddej minn mument diffiċli ta’ tensjoni soċjali. Qed nakkumpanjakom bit-talb u nħeġġeġ lin-naħat kollha biex bla telf ta’ żmien ifittxu soluzzjoni paċifika għall-ġid tal-pajjiż, speċjalment tal-aktar foqra, b’rispett lejn id-drittijiet ta’ kulħadd u tal-istituzzjonijiet… Kompli aqra »

Mhux biss qoxra ta’ barra – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-karatteristiċi sbieħ li għandna f’pajjiżna f’dan iż-żmien marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa hi l-organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa li tara f’diversi postijiet. Ħafna nies ikunu jixtiequ jesprimu d-devozzjoni tagħhom f’dan iż-żmien billi jarmaw diversi statwi tal-Ġimgħa Mqaddsa, li juru mumenti tal-Passjoni ta’ Ġesù. Hi tradizzjoni mifruxa ma’ kullimkien, u ħaġa sabiħa ħafna.

Imma rridu noqogħdu attenti, kif qal il-Papa Franġisku fiż-żjara tiegħu f’Malta, li din il-prattika reliġjuża ma tkunx biss “qoxra ta’ barra”, jew inkella “ripetizzjoni ta’ repertorju tal-passat” (omelija quddiem is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, 2 ta’ April 2022), imma li tkun tassew espressjoni ta’ fidi ħajja f’Ġesù… Kompli aqra »

Nuru gratitudni u devozzjoni bħal ħut Lazzru – L‑Arċisqof

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-ewwel jum wara Ħadd il-Palm, naraw ix-xena tad-dilka ta’ Ġesù. Hu stess jgħid li din hija tħejjija għad-difna tiegħu. Il-fwieħa li tintuża hija prezzjuża ħafna; tliet mitt dinar kienet il-paga ta’ tliet mitt jum; għaxar xhur paga. Għalhekk, Ġuda kważi jiskandalizza ruħu bil-prezz għoli li tħallas għal din il-fwieħa, li waħda minn ħut Lazzru tuża’ biex tidlek lill-Mulej… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ April, 9:30am

  Il-Knisja ta' Marija ta' Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42:1-7
Salm: 26 (27):1,2,3,13-14

L-Evanġelju: Ġw 12:1-11

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur,
tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

X’inhi l-missjoni ta’ Ġesù? Isalva lili u lilek – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-profeta Iżaija, f’waħda mill-għanjiet tal-qaddej tal-Mulej, dik li qrajna fil-bidu ta’ din il-liturġija solenni, jgħid hekk: “Tajt dahri lil dawk li kienu jsawwtuni, ħaddejja lil dawk li kienu jnitfuli lħiti; ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq. Sidi l-Mulej jgħinni, għalhekk ma nitħawwadx; għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied, jien naf li ma jkollix mniex nistħi” (Iż 50:6-7).

Ġesù jirreferi għal din is-siegħa bħala s-siegħa tad-dlamijiet, imma f’qalbu, marbuta mar-rieda ta’ Missieru, hemm it-tama tal-qaddej umli li m’għandux mniex jistħi… Kompli aqra »