Yearly Archives: 2022

Alla hu l-qawwa tiegħi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“L-‘Iva’ li ħarġet mill-Qalb tiegħek feħet il-bibien tal-Istorja għall-prinċep tas-Sliem.” Din is-sentenza hi meħuda mit-talba ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija li l-Papa Franġisku fassal għal din il-ġurnata u se jgħid illejla fil-Bażilka ta’ San Pietru. U din is-sentenza tfisser tant tajjeb din il-festa speċjali li qed niċċelebraw illum.

Illum niċċelebraw it-Tħabbira tal-Mulej, li hu disa’ xhur qabel il-Milied – bħal-lum disa’ xhur il-festa tal-Milied, 25 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Il-Papiet Kbar ta’ Żmienna

Ktieb ġdid ta’ Robert Aloisio

Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuħ familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom magħna l-Maltin.

Il-Papa Ġwanni XIII daħal fi qlub il-Maltin, fost l-oħrajn, għax kien l-ewwel papa li tkellem bi lsienna… Kompli aqra »

Stedina ta’ riflessjoni dwar kif nistgħu ngħinu lil xulxin meta nsibu ruħna fil-bżonn

Fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, ħafna drabi qed nintilfu f’ħafna sigħat twal ta’ xogħol li mhux qed iħalli spazji biex inqattgħu ħin ta’ kwalità mal-familja u l-ħbieb. Iktar u iktar dan hu fattur li mhux qed iħalli ħin għall-persuna biex tidħol ftit fiha nnifisha u ssib dak is-skiet li tant hu importanti biex jagħti s-saħħa sana li għandha bżonn.

F’dawn ir-realtajiet ta’ kuljum, jista’ wkoll inkunu insensittivi għal dak li qed jiġri madwarna, għaI sitwazzjonijiet li jaf għaddejja minnhom ġirien tagħna… Kompli aqra »

Il-Papa jikkonsagra lir-Russja u l-Ukrajna: ‘Att ta’ fiduċja spiritwali fost gwerra kiefra’

Pope Francis consecrates all humanity—especially Russia and Ukraine—to the Immaculate Heart of Mary, and says the act expresses our complete trust in the Virgin Mary in the midst of the “cruel and senseless war” in Ukraine.

Pope Francis presided over the annual “24 Hours for the Lord” Lenten penitential service in St. Peter’s Basilica on Friday evening, as the Church marked the feast of the Annunciation… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 6:1-6
Salm: 50 (51):3-4,18-19,20-21ab

L-Evanġelju: Lq 18:9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.

Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: “O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

Live: Talba ta’ konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

O Marija, Omm ta’ Alla u Omm tagħna, f’din is-siegħa tat-tiġrib aħna lejk induru. Inti Omm, li tħobbna u tafna: għalik xejn mhu moħbi minn dak li għandna għal qalbna. Omm tal-ħniena, tant drabi aħna doqna l-ħlewwa tiegħek kollha providenza, il-preżenza tiegħek li troddilna s-sliem, għax int dejjem tmexxina lejn Ġesù, il-Prinċep tas-sliem.

Imma aħna tlifna t-triq tal-paċi… Kompli aqra »

Propjetà tal-Knisja tinkera biex childcare centre jilqa’ tfal ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika

Jiġġedded ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Gvern ġeddew ftehim dwar proprjetà f’Santa Venera sabiex tibda tintuża mill‑Gvern bħala ċentru ta’ matul il‑jum għat‑tfal. ‘Bebbuxu Child Care Centre’ se jkun f’Dar San Ġużepp, li hi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta u mmexxija mill‑patrijiet tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il‑ftehim ġie ffirmat fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana minn Patri Louis Mallia u Dr Michelle Tabone f’isem l‑Arċidjoċesi, u minn Michael Bondin, il‑Kap Eżekuttiv tal‑Fondazzjoni għas‑Servizzi Edukattivi fi ħdan il‑Ministeru tal‑Edukazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7:10-14; 8:10
Salm: 39:7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10:4-10

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

Aktar dettalji dwar iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Għawdex

Kif tħabbar fl-24 ta’ Frar li għadda mis-Sala Stampa tal-Vatikan, waqt iż-Żjara tal-Papa Franġisku f’Għawdex bħala parti mis-36 Vjaġġ Appostoliku tiegħu, hu se jkun qed imexxi Laqgħa ta’ Talb fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, li tibda fil-5:30pm.

Qabel tibda l-laqgħa fuq barra, il-Papa sa jitlob fis-skiet quddiem il-kwadru fil-Kappella tal-Madonna u jgħid it-tliet Avemarijiet li rrakkomandat il-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima meta sejħitilha fl-1883, f’ġieħ it-tlett ijiem li l-ġisem qaddis tagħha dam fil-qabar qabel it-Tlugħ fis-Sema… Kompli aqra »