Yearly Archives: 2022

Ilkoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent

  Is-Sala Parrokkjali tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara

L-ewwel laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir illejla bit-tema ‘Inħarsu l-Ambjent’ u se titmexxa minn Patri Mark Ciantar, OFM.

Il-Papa Franġisku se jibqa’ magħruf fl-istorja bħala l-ewwel Ragħaj tal-Knisja Kattolika li ppublika enċiklika kollha kemm hi fuq ‘l-għożża tad-dar komuni’ tagħna, kif isejħilha hu stess. Għalkemm il-Papa jistqarr li mhux minn dejjem kellu daqshekk kuxjenza ambjentali, illum it-tagħlim tiegħu hu ta’ ispirazzjoni għal ħafna li huma impenjati biex tiġi evitata katastrofi globali… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Jekk tagħmel xi ħaġa bi mħabba, it-togħma tinbidel – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħa nieqaf ftit fuq din it-talba li saċerdot jgħid wara li jkun qarha l-Evanġelju. Aħna s-saċerdoti ngħiduha minn taħt l-ilsien. Intom ħafna drabi tisimgħuni ngħid it-talb minn taħt l-ilsien, u jinstema’ ħafna, għax ma tantx ikun minn taħt l-ilsien. Waħda minn dawn it-talbiet sbieħ li s-saċerdot jgħid hi din li għadni kif għidt: ‘Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn ħtijietna’. Kemm hi talba sabiħa tal-Knisja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:15-20
Salm: 1:1-2,3,4,6

L-Evanġelju: Lq 9:22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.
Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha… Kompli aqra »

Il-Knisja tniedi programm ta’ ospitalità għal migranti bla dar li kienu mġiegħla jħallu pajjiżhom

  Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta

Il-Kummissjoni Migranti u l-Arċidjoċesi ta’ Malta llum nedew inizjattiva umanitarja ta’ ospitalità miftuħa għal migranti u refuġjati li jinsabu fostna u li kienu mġiegħla jaħarbu minn pajjiżi f’kunflitt bħalma hu l-Ukrajna.

L-għan ta’ Proġett Kenn hu li jilqa’, iħares u jintegra migranti fil-komunità billi joffrilhom residenza sa sitt xhur. 

Dun Anton D’Amato, id-Direttur tal-Kummissjoni Migranti, qal li Proġett Kenn hu azzjoni konkreta tal-Knisja f’Malta għas-sejħa li għamel il-Papa Franġisku — li mistenni jżur Malta fit-2 u t-3 ta’ April — biex parroċċi, komunitajiet reliġjużi u familji, jilqgħu fosthom migranti li ħafna drabi jispiċċaw bla dar intortament… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-tfal u x-xjuħ jagħtuna kapaċità oħra kif inħarsu lejn il-ħajja

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fir-rakkont bibliku tal-ġenealoġiji tal-ewwel ġenituri minnufih tolqotna l-ħajja twila tagħhom: jissemmew sekli sħaħ! U hawn meta tibda x-xjuħija? Nistaqsu. U xi jfisser il-fatt li dawn il-missirijiet tal-qedem għexu daqshekk fit-tul wara li nisslu l-ulied? Missirijiet u wlied jgħixu flimkien, għal sekli! Din il-firxa taż-żminijiet fuq sekli, irrakkuntata bi stil ritwali, tagħti lir-relazzjoni bejn ħajja twila u ġenealoġija tifsira simbolika qawwija, qawwija ħafna… Kompli aqra »

F’Ras ir-Randan l-Arċisqof jistaqsi: il-qalb tiegħi hi kamp ta’ inġustizzja jew ta’ paċi?

Quddiesa fl‑Erbgħa tal‑Irmied u talb u sawm għall‑Ukrajna

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nibdew mixja speċjali ħafna: il-mixja tar-Randan li twassalna għall-Ġimgħa Mqaddsa li fiha nimmeditaw il-passjoni u l-mewt tal-Mulej Ġesù u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Qegħdin ukoll nibdew l-aħħar xahar qabel iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa fostna li jasal, jekk Alla jrid, fit-2 ta’ April, illum it-2 ta’ Marzu. Nitolbu ħafna għal min qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat ta’ ħidma… Kompli aqra »

Il-Mulej ipattilna b’familja kbira ħafna – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk” (Mk 10:28). Pietru jitkellem f’isem l-oħrajn kollha. U donnu qed jgħidlu: allura, Mulej, aħna, wara li għamilna d-deċiżjoni x’se nieħdu? B’xi mod Pietru qed jitkellem ukoll f’isimna. Għax aħna mingħajr ma rridu, in-natura tagħna l-bnedmin, hekk iġġagħalna naħsbu. X’hemm għalija fiha din? X’se jmissni? Ġesù ma jgħidlux, se tibqgħu bir-riħa. L-ewwel nett jirrikonoxxi li l-istedina tiegħu u l-esiġenza tal-Evanġelju titlob minna distakk u libertà; li jweġġgħu… Kompli aqra »

Live: Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied u talb u sawm għall-Ukrajna

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Illum, 2 ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra l-bidu tar-Randan Imqaddes b’quddiesa bir-rit tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Il-mexxejja ta’ pajjiżna u l-Insara huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni u biex jingħaqdu mas-sejħa li għamel il-Papa Franġisku sabiex l-Erbgħa tal-Rmied ikun jum ta’ talb u sawm għall-paċi u għat-tmiem tal-gwerra fl-Ukrajna. Il-komunità Ukrena f’Malta hija wkoll mistiedna… Kompli aqra »