Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 8:1-7,9-13
Salm: 131 (132):6-7,8-10

L-Evanġelju: Mk 6:53-56

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu… Kompli aqra »

La qiegħed tgħid int – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fost in-nies li Ġesù għażel biex jimxu warajh bħala dixxipli tiegħu, kien hemm numru ta’ sajjieda. Għalhekk, fl-Evanġelju tal-lum, narawh ma’ dawn is-sajjieda. Wara li għallem lin-nies, jgħid lil Xmun: “Aqdef ’il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd”.

Meta tara din, għall-bidu tgħid: dawn kienu sajjieda, u Ġesù qalilhom biex imorru jistadu. Imma, meta Ġesù qal hekk lil Xmun, ma kienx il-waqt li huma joħorġu jistadu… Kompli aqra »

L-Arċisqof lil dawk imsejħin għaż-żwieġ: Il-Mulej qed jagħtikom missjoni fl-imħabba ta’ bejnietkom

Quddiesa fil-Ħames Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum tkellimna dwar is-sejħa li jagħmel il-Mulej nistgħu ngħidu lil kull wieħed u waħda minna. U jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqad il-qari li għadna kemm smajna, hi l-fatt li l-persuna li tissejjaħ minn Alla għal xi missjoni, quddiem is-sejħa ta’ Alla, ilkoll nirrrealizzaw kemm aħna dgħajfin.

Kultant nirrealizzaw ukoll li forsi m’aħniex kapaċi għal dak li l-Mulej qed isejħilna… Kompli aqra »

Konvinzjoni mhux konvenjenza – L-Isqof Galea-Curmi f’Jum il-Ħajja 2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dis‑sena 2022 bdejnieha bl‑iktar mod ikrah fejn tidħol l‑għożża tal‑ħajja. Il‑qtil ta’ Paulina Dembska, it‑tfajla Polakka, fit‑2 ta’ Jannar kmieni filgħodu, qtil b’mod mill‑aktar brutali, li bir‑raġun ħoloq reazzjoni qawwija fis‑soċjetà Maltija. Din kienet persuna li f’daqqa waħda sabet il‑mewt ma’ wiċċha, mhux b’inċident imma b’delitt. Ħajjitha ntemmet ħesrem.

B’kuntrast, nixtieqkom taħsbu f’Rayan, tifel ta’ ħames snin li ftit ġranet ilu waqa’ ġo bir fond, xi 32 metru, fil‑Marokk… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 6 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 6:1-2a,3-8
Salm: Salm 137(138):1-2a,2bċ-3,4-5,7ċ-8
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:1-11

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 3:4-13
Salm: 118 (119):9,10,11,12,13,14

L-Evanġelju: Mk 6:30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

Mulej, eħlisna mill-mibegħda – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Saret tobogħdu”. Din hi l-kelma li smajna fl-Evanġelju skont San Mark fuq Erodja, li kienet miżżewġa lil Filippu imma mbagħad telqitu biex tmur toqgħod ma’ ħuh, ma’ Erodi. Lilu, lil Erodi, Ġwanni l-Battista kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk”. Minħabba f’hekk, Erodja saret tobogħdu, u bdiet taħseb b’liema mod tista’ teliminah. Imbagħad wasal il-jum meta Erodi għalaq żmienu, u għamel ikla, u t-tifla tagħha żifnet quddiem Erodi u dan tant ħa gost li qalilha: ‘Nagħtik kulma titlobni’… Kompli aqra »

Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se twaqqaf kor sabiex janima quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il‑kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti. Dawk kollha minn 9 snin ’il fuq jistgħu japplikaw. Għalkemm mhuwiex neċessarju, tagħrif bażiku fil‑qari tal‑mużika jitqies ta’ vantaġġ.

Il‑kor se jkun taħt it‑tmexxija tal‑Mro Christopher Muscat, maestro di cappella tal‑Katidral Metropolitan u direttur mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Agħfas hawn biex tapplikaKompli aqra »