Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4
Salm: 23:7-10

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.

Kien hemm f’Ġerusalemm raġel jismu Xmun. Dan kien raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Israel, u l-Ispirtu s-Santu kien fuqu. U kien imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu li ma kienx sa jara l-mewt qabel ma jara lil Kristu l-Mulej. Ġie mela fit-Tempju, imqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri ġiebu t-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa ħadu fuq dirgħajh, bierek ’l Alla u qal: “Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek; għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha: dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Israel.” Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu.  Xmun berikhom, u qal lil Marija, ommu: “Ara, dan sa jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Israel; sa jkun sinjal u jmeruh – u int ukoll, min-naħa tiegħek, sejf jinfidlek ruħek! … Kompli aqra »

L-inkwiet u t-tama tal-ġenituri għal uliedhom – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont mill-Evanġelju ta’ San Mark m’għandux bżonn ħafna kummenti. Naraw ’l Ġesù li għat-talba ħerqana ta’ missier, jitlaq kollox u jmur ma’ Ġajru biex ifejjaqlu lit-tifla li sadattant tmut. U Ġesù jagħmel l-ewwel miraklu li jqajjem lil xi ħadd mill-mewt. Waqt il-vjaġġ ikun hemm mara li kienet ilha tbati mit-tnixxija tad-demm għal 12-il sena u tfiq malli messet il-mantar ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Il-ħajja kkonsagrata f’Malta u Għawdex li ġġib fejqan, faraġ u wens – L-Arċisqof

Jum il-Ħajja Kkonsagrata

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minnufih jidħol fit-tempju tiegħu, is-Sid li intom qegħdin tfittxu” (Mal 3:1). Ejjew nieqfu ftit fuq din l-espressjoni tal-Profeta Malakija u nistaqsu lilna nfusna: il-Mulej li llum, fl-40 jum wara t-twelid tiegħu u li skont il-Liġi ta’ Mosè jiġi ppreżentat fit-tempju ta’ Ġerusalemm; aħna qegħdin infittxuh? Jiġi f’moħħna s-Salm 27 “Ejja, għedt f’qalbi, ‘fittex ’il wiċċu’, jien wiċċek infittex, Mulej” (Salm 27:8)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 18:9-10,14b,21a,24-25a,30; 19:3
Salm: 85 (86):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 5:21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »

Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bdew jitolbuh ħafna lil Ġesù biex iwarrab minn pajjiżhom”. Dan hu li għamlu n-nies li ġew jaraw din il-ġrajja. Meta semgħu dak li kien ġara, u anke l-istorja drammatika ta’ kif Ġesù lil dan il-bniedem ħelsu mill-ispirti ħżiena, u mbagħad dawn marru fil-qżieqeż u dawn qabżu l-baħar u għerqu, baqgħu miblugħin bil-biża’. U lil Ġesù bdew jitolbuh biex jitlaq, iwarrab.

Il-kontra għamel dan il-bniedem li qabel kien bl-ispirti ħżiena fih, u li Ġesù ħelsu minn dawn l-ispirti ħżiena… Kompli aqra »

L-applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Għada t‑Tlieta, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej.  In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 916 (831 f’Malta u 85 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda fuq www.knisja.mt hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna fi Frar 2022

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ġesù jitolbok tilqgħu fir-realtà tal-ħajja ta’ kuljum

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fil-Liturġija tal-lum l-Evanġelju jirrakkonta l-ewwel predikazzjoni ta’ Ġesù fir-raħal fejn trabba, Nazaret. It-tmiem hu qares: minflok kunsens Ġesù jsib lil min ma jifhmux u wkoll l-ostilità (ara Lq 4:21-30). In-nies tar-raħal, aktar milli kelma ta’ verità, riedu l-mirakli, sinjali prodiġjużi. Il-Mulej dan ma jagħmlux u huma jirrifjutawh għax jgħidu li ilhom jafuh minn mindu tfal, hu bin Ġużeppi (ara v. 22), u ħwejjeġ bħal dawn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »