Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71 (72):2,7-8,12-13,17

L-Evanġelju: Lq 10:21-24

F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

Ġesù Kristu ftaqar minħabba fikom – Il-Papa f’Jum Dinji tal-Foqra

Messaġġ tal-Papa Franġisku fis-6 Jum Dinji tal-Foqra

1. “Ġesù Kristu […] ftaqar minħabba fikom” (ara 2 Kor 8:9). L-appostlu Pawlu qal dan il-kliem lill-ewwel Insara ta’ Korintu biex isaħħaħhom fl-impenn ta’ solidarjetà lejn ħuthom fil-bżonn. Anki din is-sena, il-Jum Dinji tal-Foqra għandu jqanqalna biex nirriflettu fuq l-istil ta’ ħajja li ngħixu u fuq il-ħafna forom ta’ faqar li hawn bħalissa.

Ftit xhur ilu, id-dinja bdiet ħierġa mill-maltempata tal-pandemija, u bdew jidhru sinjali ta’ rkupru ekonomiku li jissollevaw miljuni ta’ nies li ftaqru għax tilfu x-xogħol… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Alla jinsab moħbi fil-ħajja tagħna, dejjem hemm qiegħed

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-Ħadd t-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum nisimgħu b’wegħda sabiħa li tintroduċina għal żmien l-Avvent: “Il-Mulej sidkom għad jiġi” (cfr Mt 24, 42). Din hi l-bażi tat-tama tagħna, dak li jweżinna anki waqt il-mumenti l-aktar diffiċli u ta’ niket ta’ ħajjitna: Alla jiġi, Alla hu qribna u jiġi. Ma ninsew dan qatt! Il-Mulej dejjem jiġi, il-Mulej jiġi jżurna, il-Mulej joqrob lejna, u jerġa’ jiġi fl-aħħar taż-żminijiet biex jilqagħna u jħaddanna miegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 4:2-6
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 8:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”.

Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

Irridu nġeddu l-impenn tagħna kontra l-vjolenza domestika – L-Isqof Galea-Curmi

  Parroċċa Ħ’Attard

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix” (Lq 21:33). Dan hu li Ġesù jgħid, fl-
Evanġelju llum skont San Luqa, lid-dixxipli tiegħu. Dak li jgħid lid-dixxipli tiegħu qed jgħidu wkoll lilna llum, f’din l-okkażjoni partikulari tal-Gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

Dak li jgħaddi

Ġesù jagħmel kuntrast bejn dak li jgħaddi u dak li ma jgħaddix. Isemmi li s-sema u l-art jgħaddu… Kompli aqra »

X’jiswa li nagħmlu l-parties għall-Milied? X’se niċċelebraw, li daħħalna liġi li toqtol it-tfal fil-ġuf? – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Ħ'Attard

Hemm talba li aħna ngħidu ħafna drabi f’mument importanti tal-quddiesa eżatt wara li Ġesù jiġi fostna taħt ix-xbihat tal-ħobż u l-inbid li jsiru l-Ġisem u d-Demm tiegħu. Is-saċerdot jgħidilna: “Dan hu l-misteru tal-fidi” u waħda mir-risposti sbieħ li ħafna drabi ngħidu hi: “Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja”. Nistennewk sa ma tiġi fil-glorja!

Dan li qegħdin nagħmlu f’dan l-istaġun tal-Avvent… Kompli aqra »

Il-ħajjiet kollha importanti – L-Arċisqof

Appell biex il-leġiżlaturi tagħna jirraġunaw sew

Article by Archbishop Charles Scicluna

Life is precious. Only a few days ago, we were served a bitter reminder of just how precious one life can be following the horrific murder of Bernice Cassar. As a nation, we are understandably shocked and angry that such an act can take place in our community. 

While offering prayers for Bernice and her family, I could not help but feel an immense tug in my heart for her children whose lives will be forever changed by this tragedy… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent – 27 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »