Yearly Archives: 2022

Il-Papa fl-Angelus: Jalla Marija tispira armonija fi qlubna u fid-dinja

  Il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno! Happy New Year!

Let us begin the new year entrusting it to Mary, the Mother of God. The Gospel of today’s Liturgy speaks of her, taking us back once again to the wonder of the crib. The shepherds hasten toward the stable and what do they find? The text says they find, “Mary and Joseph, and the infant lying in the manger” (Lk 2:16)… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60, 1-6
Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu… Kompli aqra »

Għażla ta’ rikreazzjoni li tibni u tagħti bidu ġdid – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żgħażagħ tagħna tawna lezzjoni sabiħa llum. Qalulna li biex ikollna l-avventura fil-ħajja, biex insibu t-triq fil-ħajja, biex nimxu wara dawl li ma jgħib qatt; tajjeb inħallu lil Ġesù jkun id-dawl tagħna, Ġesù jkun l-avventura ta’ ħajjitna; Ġesù jkun “it-Triq, il-Veritá u l-Ħajja” (Ġw 14:6).

Ħalli lil Mulej iħares lejk bi ħniena u mħabba u hekk ikollok is-sliem.

Se noffri ħsieb qasir għax il-prietka għamluha ż-żgħażagħ tagħna llum… Kompli aqra »

Quddiesa fl-Epifanija tal-Mulej – 2 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fl‑Epifanija bil‑Ministeru tal‑Akkolitat mill‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta fit-2 ta’ Jannar, fid-9:30am.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Nimxu fid-dawl, nixhdu għad-dawl – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak id-dawl veru li jdawwal kull bniedem…” Dan hu li qrajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, proprju l-bidu, il-prologu tal-Evanġelju tiegħu, fejn hu jenfasizza ħafna li Ġesù, li sar bniedem fostna, hu d-dawl, u jagħmel dan f’kuntrast mad-dlam. Għandna dan id-dawl sabiħ li għandu jdawwal lil ħajjitna.

Alla li sar bniedem fostna – dak hu li jiċċelebra San Ġwann f’dan l-Evanġelju li naqrawh dejjem fl-aħħar jum tas-sena… Kompli aqra »

‘Iħenn għalina Alla, u jberikna’ – It-talba tagħna fl-aħħar tas-sena

Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iħenn għalina Alla, u jberikna” (S 67:2). Kemm hi sabiħa din it-talba li għedna bħala responsorju għas-Salm 67. Hija propju t-tieni vers ta’ dan is-salm li tiġbor fiha t-talba li toħroġ minn qalbna fi tmiem din is-sena u lejlet il-bidu ta’ sena ċivili ġdida.

“Iħenn għalina Alla” hija talba u fl-istess ħin hi att ta’ fidi u att ta’ tama… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

L-Evanġelju: Lq 2, 16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja… Kompli aqra »