Yearly Archives: 2022

Qiegħed ngħix fl-imħabba? – L-Arċisqof

  Freeport, Birzebbuġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli naqsam magħkom ħsieb qasir u xi ħaġa li laqtitni fost dan il-qari li tkellem dwar l-aħħar mumenti tal-eżistenza, kemm ta’ kull bniedem kif ukoll tal-umanità u li huwa qari li jwassalna lejn tmiem is-sena meta mbagħad il-ġimgħa d-dieħla nibdew sena oħra, bl-Avvent. Aħna s-sena tibda mhux fl-1 ta’ Jannar, għalina bħala talb tal-Knisja imma tibda bl-Avvent, b’dak l-istaġun li jħejjina għall-Milied u qegħdin fl-aħħar ġranet ta’ din is-sena li se tispiċċa u l-qari jitkellem dwar l-aħħar żminijiet, l-aħħar mumenti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 20:1-4,11 – 21:2
Salm: 83 (84):3,4,5-6a u 8a

L-Evanġelju: Lq 21:29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

Emenda li qed tbexxaq il-bieb biex jidħol l-abort

Position Paper iffirmata minn grupp ta’ akkademiċi biex tinbidel l-emenda mressqa mill-Gvern biex ma jkun twettaq l-ebda reat meta t-terminazzjoni ta’ tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil-għan li tkun protetta s-saħħa ta’ mara tqila, li tkun qiegħda tbati minn komplikazzjoni medika, li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi.

Il-position paper ġiet iffirmata minn 82 persuna.

Il-position paper sħiħa Download Kompli aqra »

Avviż

Illum, il-Ġimgħa, 25 ta’ Novembru 2022, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ għada s-Sibt, 26 ta’ Novembu 2022. Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “Il-konsolazzjoni tagħtik il-paċi u tiġddek lejn il-Mulej”

  Il-Pjazza ta' San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq id-dixxerniment tal-ispirtu: kif ngħarblu dak li qed jiġri fil- qalb tagħna, fir-ruħ tagħna. U wara li qisna xi aspetti tad-deżolazzjoni – dik id-dalma tar-ruħ
– illum nitkellmu fuq il-konsolazzjoni, li hija d-dawl tar-ruħ, u li hi element ieħor importanti għad-dixxerniment, u li ma rridux ma nagħtux kasu, għax jista’ jkun hemm xi ekwivoki… Kompli aqra »

Quddiesa mill-Freeport – 24 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Port Ħieles, Birżebbuġa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 18:1-2,21-23; 19:1-3,9a
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Lq 21:20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »

Webinar: L-avvent fid-dar – Kif tista’ tgħix dan il-perjodu fid-dar fl-2022?

Iċ-ċelebrazzjonijiet huma parti importanti mill-ħajja tal-bniedem u qegħdin ngħixu f’soċjetà li tagħmel kull mezz biex tfakkarna liema ċelebrazzjonijiet ikunu ġejjin. Hekk kif nidħlu ġo ħanut tal-ħelu, mill-ewwel nindunaw ikunx ġej il-Milied, l-Għid jew Jum San Valentinu. Ħafna drabi, minn ġimgħat qabel naraw madwarna affarijiet li jfakkruna fil-festa li jkun imiss. Madankollu, dan ir-ritmu li hu aktar imdawwar mal-konsum, jista’ jnessina mir-ritmu l-ieħor li tipproponilna l-Knisja, li hu dak tas-sena liturġika… Kompli aqra »

Quddiesa fl-10 Anniversarju Episkopali tal-Arċisqof – 24 ta’ Novembru 2022, 6.30pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »