Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2:14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”

Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Tempju li rridu ngħożżu – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Intom għamiltuha għar tal-ħallelin” (Lq 19:46). Dan il-kliem iebes jgħidu Ġesù llum fl- Evanġelju skont San Luqa. Jgħidu lill-bejjiegħa li kienu fit-tempju, u li hu ried ikeċċihom ’il barra mit-tempju. Jgħidilhom: “… id-dar tiegħi tkun dar it-talb. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”.

Għaliex Ġesù ikeċċi li dawn il-bejjegħa? Niftakru li dawn kienu hemmhekk biex ibigħu l-offerti għas-sagrifiċċju fit-tempju. Imma Ġesù ried juri b’mod ċar kif dawn kienu qegħdin jieħdu post il-qima lejn Alla, jaljenaw lin-nies mill-qima vera lejn Alla… Kompli aqra »

Forsi ta’ min nibdew li ċerti affarijiet nagħmluhom iżjed bil-ħeffa – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof waqt il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  Muża, il-Belt Valletta

Diġà smajtu waqt il-quddiesa, allura mhux se ndum. Nixtieq minn issa li biex nippreparaw għal dan il-vjaġġ li wħud minna se jeħodna Lisbona imma mbagħad iwassalna wkoll bħal dan iż-żmien sena biex nikkonkludu dan il-vjaġġ ta’ sena, nibdew naħsbu dwar is-sentenza li l-Papa għażel għal Lisbona 2023: ‘Marija qamet bil-ħeffa biex tkun ta’ servizz’, biex tkun ta’ qadi. Din ix-xi ħaġa niċċelebrawha wkoll minn hawn u ġimgħa oħra meta nibdew l-Avvent… Kompli aqra »

Kemm tkun ħaġa sabiħa li nafdaw ħajjitna f’idejn dan is-Sultan tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum iż-Żgħażagħ

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re, u l-Evanġelju li smajna jippreżentalna min hu r-Re tagħna: bniedem imsallab. Ma għandu l-ebda kuruna fuq rasu jekk mhix il-kuruna tax-xewk; ma għandu l-ebda lbies fuqu għax neħħewlu ħwejġu kollha. Madwaru għandu diversi kategoriji ta’ nies: għandu l-kapijiet, il-Qassisin il-Kbar, li meta jarawh għeri, imdendel ma’ għuda, jiddieħku b’Ġesù. “Salva lill-oħrajn, ħa jsalva lilu nnifsu” (Lq 23:35)… Kompli aqra »

Il-Mulej mhux se jneħħilek il-libertà tiegħek imma jirrispettaha – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, ta’ dan il-ġest li bih intom tixtiequ tgħidu ‘grazzi’ u aħna wkoll nifirħu magħkom u għalikom intom u taslu f’dan il- mument daqshekk importanti li fih taraw l-istudji tagħkom jintemmu b’suċċess u jibda f’ħajjitkom kapitlu ieħor.

Il-kelma li smajna llum hija kelma li tagħmlilna kuraġġ. Ġesù jiltaqa’ ma’ raġel li jirrealizza li għandu bżonn l-għajnuna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Novembru 2022, 9:00am

  Il-Kappella tal-Università ta’ Malta, L-Imsida

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Novembru

L-Erbgħa u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5:1-3
Salm: 121 (122):1-2,4-5
It-Tieni Qari: Kol 1:12-20

L-Evanġelju: Lq 23:35-43

F’dak iż-żmien, wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”… Kompli aqra »

23 għaqda jappellaw għall-bżonn urġenti li tiġi rregolata s-sitwazzjoni ta’ “free for all” fl-użu tal-Kannabis

L-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta’ Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħna li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b’impatt kbir fuq is-soċjetà b’mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata.

Sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà tagħna sar “free for all” żdiedet b’mod drammatiku filwaqt li jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw.

L-għaqdiet hawn taħt iffirmati jesprimu t-tħassib tagħhom li, wara l-isforz qawwi li sar biex tgħaddi il-liġi, il-Gvern ma weriex l-istess rieda biex jinvesti fir-riżorsi meħtieġa biex titwaqqaf Awtorità b’saħħitha li timplimenta l-liġi b’mod serju u responsabbli… Kompli aqra »

Assemblea 2022: Inkunu qrib ta’ xulxin bl-istil tal-Evanġelju

Jitnieda l-proċess ‘Knisja li Takkumpanja’ fl-Assemblea Djoċesana 2022

L-Arċidjoċesi ta’ Malta nediet it-tielet sena ta’ proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Takkumpanja’. Dan sar waqt l-Assemblea Djoċesana annwali, fejn instemgħu esperjenzi varji dwar kif il-Knisja qed takkumpanja lin-nies fid-diversi ċirkustanzi ta’ ħajjithom. L-esperjenzi kienu jinkludu akkumpanjament li jsir fl-iskejjel mal-istudenti, l-għalliema, l-ġenituri u l-impjegati; u akkumpanjament fil-parroċċi fosthom mal-familji u ma’ dawk li ġarrbu xi telfa; u akkumpanjament mas-saċerdoti stess.

Dwar il-fażi ta’ akkumpanjament, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, qal: “Il-ħsieb hu li ngħinu biex l-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta matul is-sena d-dieħla joħorġu b’inizjattivi kreattivi u siewja fejn jidħol l-akkumpanjament… Kompli aqra »