Yearly Archives: 2022

Il-Papa fl-Udjenza: Djalogu, laqgħa u mixja anki f’pajjiżi Musulmani

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi: Il-Vjaġġ Appostoliku fil-Bahrein

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Qabel ma nkellimkom fuq dak li ppreparajt, nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq dawn iż-żewġt itfal li ġew hawn. Huma ma talbux permess, ma qalux: “Aħ, nibża’”: qabdu u ġew direttament. Hekk għandna nagħmlu aħna ma’ Alla: direttament. Tawna eżempju ta’ kif għandna nġibu ruħna ma’ Alla, mal-Mulej: nimxu ’l quddiem! Hu dejjem jistenniena… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 4: Il-Missjoni tal-Knisja

F’dan l-episodju nitkellmu dwar il-Knisja u l-missjoni tagħha marbuta mat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Naraw ukoll kif dan it-Tagħlim isib l-għeruq tiegħu fil-Bibbja stess u llum il-ġurnata jieħu forma konkreta f’diversi inizjattivi li jpoġġu lill-imwarrbin fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Knisja f’Malta.

🎙️ Mistiedna

Sarah Camilleri
Arnold Mugliett

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

‘Intom id-Dawl tad-Dinja’: ktieb għat-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

(xellug) Nathan Bonnici, Antoinette Laferla, Rev Dr Carl-Mario Sultana, il-Ministru Dr Clifton Grima, l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma, l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u Patri Colin Sammut

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ilbieraħ ppreżentaw il-ktieb Intom id-Dawl tad-Dinja lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Dr Clifton Grima fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-ktieb ġie ppreżentat mill-Arċisqof Charles Scicluna bħala l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, fil-preżenza tad-Delegat għall-Edukazzjoni Reliġjuża tal-istess Konferenza Episkopali, Rev… Kompli aqra »

L-ERA għandha tingħata veto fuq l-ippjanar

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent għall-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban 2022

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qed titlob lill-awtoritajiet biex jagħtu veto lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq f’deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ pjanijiet ta’ żvilupp, policies ta’ ppjanar u applikazzjonijiet għal żvilupp li jkollhom effett sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja.

Il-Kummissjoni temmen li din is-setgħa ta’ veto għandha tingħata wkoll lill-Awtorità li se titwaqqaf biex tkun responsabbli mir-raba’.

Fi stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban, il-Kummissjoni qalet li waqt li tilqa’ l-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent 2050 (NSE 2050) u l-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’, is-suċċess ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi jiddependu ferm fuq qafas ta’ ppjanar tal-użu tal-art li jsostnihom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 3: 9b-11.16-17

L-Evanġelju: Ġw 2:13-22

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?”

Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

Kien jemmen li s-saħħa tas-soċjetà titqies mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa tal-funeral tal-eks Prim Ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun

Ritratti: Newsbook.com.mt L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi”. Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù fl-Evanġelju llum skont San Mattew, meta jippreżentalna x-xena tal-ġudizzju li jagħmel Alla, ġudizzju li hu mibni fuq l-għajnuna lil min hu fil-bżonn. U dan hu l-kliem li jiġini f’moħħi mill-ewwel meta niftakar fiz-ziju Karmenu. Jien ċert li hemm ħafna minn dawn iż-żgħar li jsemmi Ġesù li jħossu l-istess… Kompli aqra »

Skandlu, maħfra u fidi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti ngħidu “fuq tlieta toqgħod il-borma”, u f’din is-silta qasira llum, mill-Evanġelju skont San Luqa, Ġesù jkellimna fuq tliet punti importanti għall-ħajja tagħna.

L-ewwel nett, fuq l-iskandli. Jgħid kliem iebes ħafna: Ħażin għalih min jagħti skandlu. Aħna nafu li Ġesù fl-Evanġelju l-iktar kliem iebes li qal kien fuq l-ipokresija u fuq l-iskandlu. Hawn jgħid: “Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’għonqu ġebla ta’ tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu” (Lq 17:2)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 2:1-8,11-14
Salm: 36 (37):3-4,18 u 23,27 u 29

L-Evanġelju: Lq 17:7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel”? jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int”? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? … Kompli aqra »