Yearly Archives: 2022

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca

  Il-Belt Valletta

Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2022, nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta swali fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, u l-Kanċellerija tat-Tribunal bl-għamara antika tagħha u s-soqfa mpittra. Il‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru kif ukoll iċ‑ċisterni storiċi bl-għejun tal-ilma se jkunu miftuħin għall-pubbliku.

Kollezzjoni ta’ pitturi antiki se tkun għall-wiri, fosthom dik tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra, li reġgħet tqiegħdet fis‑Sala tat‑Tron wara li ġiet restawrata fl‑2017… Kompli aqra »

L-iskejjel tal-Knisja jilqgħu lura l-istudenti u l-edukaturi kollha

Bidu tas-Sena Skolastika 2022-2023

Matul dawn il‑jiem ’il fuq minn 16,000 student u iktar minn 3,000 edukatur qed jerġgħu lura fl‑iskejjel tal‑Knisja għal sena skolastika b’tamiet imġedda. Wara sentejn u nofs ta’ miżuri imposti biex nilqgħu għall‑pandemija, il‑55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex fetħu l‑bibien tagħhom biex jilqgħu fiżikament lill‑komunitajiet tagħhom. Minn dawn, 1,973 huma studenti li qed jingħaqdu fl‑iskola tal‑Knisja, wara li ħadu sehem fil‑proċess tad‑dħul permezz tal‑kriterji u l‑poloz immexxi mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija matul is‑sena li għaddiet… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Mikiel – 29 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Daniel 7:9-10,13-14 jew Apok 12:7-12a
Salm: 137:1-5

L-Evanġelju: Ġw 1:47-51

F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: it-talb hu għajnuna indispensabbli għad-dixxerniment spiritwali

Katekeżi fuq id-Dixxerniment: 3. L-elementi tad-dixxerniment. Il-familjarità mal-Mulej

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nerġgħu naqbdu l-katekeżijiet fuq it-tema tad-dixxerniment, – għax importanti ħafna t-tema tad-dixxerniment biex inkunu nafu x’inhu jiġri ġo fina; is-sentimenti u l-ideat, irridu ngħarblu mnejn ġejjin, fejn se jeħduni, lejn liema deċiżjoni – u llum nieqfu ftit fuq l-ewwel miż-żewġ elementi kostituttivi, jiġifieri t-talbKompli aqra »

Il-Caritas b’quddiesa fil-Jum Internazzjonali għall-Anzjani

  Il-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Caritas Malta se tkun qed torganizza quddiesa fil-Jum Internazzjonali għall-Anzjani fl-1 ta’ Ottubru.

Din il-ġurnata titfa’ dawl fuq l-importanza tas-sehem u l-integrazzjoni tal-persuni anzjani fis-soċjetà u jsiru diversi attivitajiet biex jinħoloq iktar għarfien dwar dak li l-aktar jolqot lill-anzjani b’mod speċjali l-integrazzjoni, u sfortunatement l-abbuż.

“Fuq kollox hi ċelebrazzjoni għall-kontribut kbir li taw u għadhom jagħtu fis-soċjetà din il-ġenerazzjoni,” qalet Caritas Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 9:1-12,14-16
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 9:57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”. Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi twaqqaf fond ta’ €30,000 għal inizjattivi ta’ ospitalità

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta waqqfet fond  ta’ €30,000 biex tippromwovi inizjattivi ta’ ospitalità fil‑parroċċi u komunitajiet oħra. Il‑Knisja se tkun qed tuża l‑fond – imwaqqaf fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Migranti u r‑Refuġjati 2022 bit‑tema ‘Nibnu l‑Futur mal‑Migranti u r‑Refuġjati’ – biex tħeġġeġ inizjattivi ta’ kollaborazzjoni fi ħdan il‑komunità bejn iċ‑ċittadini u l‑migranti.

Kelliem qal li l‑fond twaqqaf b’reazzjoni għall‑messaġġ tal‑Papa Franġisku fiż‑żjara tiegħu f’Malta, fejn fakkar kif San Pawl intlaqa’ ‘bi ħlewwa liema bħala’… Kompli aqra »

“Ħadd ma jieħu gost jittallab, min jiġi għax vera għandu bżonn” – Fr Hilary

Il-Maltin jiġu għall-ikel, ir-refuġjati aktar għall-ħwejjeġ

Kulħadd qed iħossha ż-żieda fl-għoli tal-ħajja speċjalment fl-aħħar xhur bl-effetti tal-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna.

Fid-dawl ta’ din ir-realtà soċjali li qed tinbidel b’rata mgħaġġla Newsbook.com.mt ħass il-bżonn li jitkellem ma’ Fr Hilary Tagliaferro li jmexxi l-Millenium Chapel u d-diversi servizzi li din toffri fosthom il-WOW – Wishing Others Well.

Fr Hilary spjega li din l-inizjattiva ta’ bank tal-ikel u tal-ħwejjeġ bdiet sa mill-bidu tal-ftuħ tal-Millenium Chapel fis-sena elfejn… Kompli aqra »