Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 30:1-2,12-15,18-22
Salm: 101 (102):16-18,19-21,29 u 22-23

L-Evanġelju: Mt 14:22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

Tħassarhom – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta’ San Alfons Maria de Liguori

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħassarhom” (Mt 14:14). Din hi l-kelma li naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew fuq Ġesù, meta ġie wiċċ imb wiċċ man-nies. Kien qed ifittex post imwarrab, u għalhekk telaq bid-dgħajsa; imma n-nies indunaw u mxew biex, hekk kif niżel mid-dgħajsa, sabhom ma’ wiċċu. U l-Evanġelju jgħid: “tħassarhom”.

Hemm silta oħra fl-Evanġelju skont San Mark fejn naraw l-istess kelma – “tħassarhom”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ir-rebgħa hi marda perikoluża għas-soċjetà

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, wieħed raġel jagħmel din it-talba lil Ġesù: “Mgħallem għid lil ħija biex jaqsam il-wirt miegħi” (Lq 12:13). Din sitwazzjoni komuni ħafna, problemi bħal dawn huma ħaġa ta’ kuljum: kemm aħwa, kemm membri tal-istess familja, sfortunatament jiġġieldu u, forsi, lanqas ikellmu lil xulxin aktar minħabba l-wirt!

Fit-tweġiba li ta lil dak ir-raġel. Ġesù ma jidħolx fid-dettalji, imma jmur dritt lejn l-għerq tal-firdiet li jinħolqu mill-pussess tal-affarijiet, u jgħid bla tlaqliq: “Żommu bogħod minn kull regħba” (v. 15). X’inhi r-rebgħa? Hi l-kilba bla rażan għall-ġid materjali, li bniedem irid dejjem jistgħana. Hi marda li teqred lill-persuni, għax il-kilba li jkollok toħloq aktar dipendenza. Fuq kollox, min għandu ħafna qatt mhu kuntent: dejjem irid aktar, u għalih waħdu. Imma hekk m’għadux aktar ħieles: hu ggranfat, ilsir, ta’ dak li paradossalment kellu jservih biex jgħix liberu u hieni… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Awwissu 2022

Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 28:1-17
Salm: 118 (119):29,43,79,80,95,102

L-Evanġelju: Mt 14:22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

Nistagħnu quddiem Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tmintax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15). Din is-sentenza ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum hi, biex ngħid hekk, il-qofol tal-messaġġ tiegħu, u torbot ma’ dak li smajna f’silta oħra tal-Kelma ta’ Alla, l-Ittra ta’ San Pawl lill-Kolossin, meta jgħid li “r-regħba hi idolatrija” (Kol 3:5).

X’inhi r-regħba? Hi l-kilba biex inti dejjem ikollok, u jkollok aktar, u dejjem aktar, u qatt ma inti kuntent jew kuntenta b’dak li għandek, u minħabba f’hekk il-ħajja kollha ssir ġirja biex int takkumula aktar… Kompli aqra »

“X’jiswa li jkollok il-ġid imma m’għandekx imħabba?” – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilkoll nafu kemm jista’ joħloq inkwiet dan l-imbierek wirt. Donnu Ġesù xamma din il-ħaġa meta wieħed mill-folla staqsih biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu (Lq 12:13). Imma mbagħad immedjatament jispjegalna fuq xiex għandna noqgħodu tassew attenti u juża din il-kelma qawwija: “Iftħu għajnejkom, ħarsu rwieħkom minn kull rebgħa”. Hu jispjegalna “għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam,” jgħid, “ħajtu ma tiddependnix mill-ġid li jkollu” (Lq 12:15)… Kompli aqra »

Kif se nagħti valur lil ħajti? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali ta' Dun Mosè Borg

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna mdorrijin inkejlu s-suċċess ta’ din id-dinja bil-ġid li dak li jkun ikollu mrekken u mfakkar. Anke l-ulied, kultant, iħarsu lejn il-ġenituri bħala investiment. X’se jħallulna? Ħafna drabi mal-wirt jiġi wkoll ħafna inkwiet.

Fil-fatt, l-Evanġelju tal-lum jibda proprju b’din is-sitwazzjoni, ta’ tilwim bejn l-aħwa dwar il-wirt. Ġesù jirrifjuta li jidħol f’din il-bixkla għax, kif nafu, ftit hemm soluzzjonijiet ġusti f’dawn l-affarijiet… Kompli aqra »