Yearly Archives: 2022

Inkunu proxxmu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-ħmistax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, B’kara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Jumejn ilu kien hemm aħbar kerha li xxukkjat lil ħafna – fin-Nicaragua, is-sorijiet ta’ Madre Tereża, li kienu ilhom hemm 34 sena, ġew imkeċċija mill-pajjiż. Il-pulizija ġabruhom, ħaduhom fil-fruntiera mal-Costa Rica, u dawn qasmu għal dan il-pajjiż.

X’għamlu ħażin biex tkeċċew? Skont l-awtoritajiet, ma kinux jikkwalifikaw biex jibqgħu jaħdmu hemmhekk – skuża biex jeħilsu minnhom. Fis-snin li ilhom hemm, is-sorijiet għamlu ħafna ġid… Kompli aqra »

Delegati ġodda għall-Edukazzjoni Reliġjuża u għall-Katekeżi

Dun Carl-Mario Sultana Delegat ġdid għall-Edukazzjoni Reliġjuża

Il‑Konferenza Episkopali Maltija ħatret lil Dun Dr Carl‑Mario Sultana bħala Delegat għall‑Edukazzjoni Reliġjuża.

Dun Dr Carl‑Mario Sultana studja fl‑Università ta’ Malta u fl‑Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma fejn speċjaliżża fil‑Pastorali maż‑Żgħażagħ u l‑Kateketika. Huwa lettur anzjan fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fi ħdan l‑Università ta’ Malta u ilu jgħallem l‑Edukazzjoni Reliġjuża u l‑Kateketika mill‑2007. Fl‑2017 nħatar Kap tad‑Dipartiment tat‑Teoloġija Pastorali, Liturġija u Liġi Kanonika fl‑istess Fakultà… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: Naraw u jkollna ħniena bħas-Samaritan it-Tajjeb

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum jirrakkonta l-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb (cfr Lq 10, 25-37); ikoll nafuha.  Fl-isfond hemm it-triq li minn Ġerusalemm tagħti għal Ġeriko, li fiha hemm raġel imsawwat sad-demm u li l-ħallelin serquh.  Saċerdot kien għaddej, jarah u ma jieqafx, ikompli triqtu’, l-stess jagħmel wieħed levita, jiġifieri bniedem responsabbli mill-kult fit-tempju.  “Iżda, Sammaritan – jgħidilna l-Evanġelju – li kien jivvjaġġa, meta wasal ħdejh, rah u ġietu ħniena minnu” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 2:1-19
Salm: 33:2-4,6,9,12,14-15

L-Evanġelju: Mt 19:27-29

F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel… Kompli aqra »

“M’hemmx agħar mill-kultura tal-iskart!” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ħmistax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-kappella tal-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Almenu għal darba Ġesù jiltaqa’ ma’ avukat bravu imma li xorta kellu bżonn jitgħallem xi ħaġa mingħand Ġesù. Dan l-avukat, dan l-għaref tal-Liġi, kellu fih ix-xewqa li għandna lkoll kemm aħna: “Kif nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem” (Lq 10:25). Dan ir-raġel, dan l-avukat, mhux biss ried jgħix imma ried jgħix għal dejjem. Ġesù juża l-għerf tiegħu u jgħidlu: “Fil-Liġi x’hemm miktub? … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 10 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-kappella tal-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:10-14
Salm: 68 (69):14 u 17,30-31,33-34,36ab u 37
It-Tieni Qari: Kol 1:15-20

L-Evanġelju: Lq 10,:25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

Nagħaġ u lpup, ħamiem u sriep – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ara, jien qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem” (Mt 10:16). F’żewġ sentenzi, Ġesù jsemmi erba’ tipi ta’ annimali differenti. Mhux qed jitkellem hawnhekk biex iħeġġiġna għar-rispett lejn l-annimali – avolja aħna nafu li, għax l-annimali huma ħolqien ta’ Alla, għandna dejjem nirrispettawhom. Imma hawnhekk Ġesù qed juża l-annimali bħala xbihat biex iwassal messaġġ lill-appostli tiegħu… Kompli aqra »

Appell għal donazzjoni ta’ karozzi għal Fondazzjoni Sebħ

Fondazzjoni Sebħ qed tappella għal donazzjoni ta’ karozzi għat-trasport ta’ tfal u nisa li joqogħdu fix-xelters tagħha sabiex ikunu jistgħu jattendu attivitajiet extra kurrikulari, appuntamenti u jistgħu jagħmlu qadjiet oħrajn.

Din l-entità tal-Knisja bħalissa tmexxi erbat idjar residenzjali fil-Ħamrun, Ħaż-Żabbar u ż-Żurrieq għal tfal u żgħażagħ u toffrilhom ambjent sigur ta’ trobbija u ta’ mħabba. Fondazzjoni Sebħ tmexxi wkoll xelter tat-tieni stadju li jilqa’ nisa u lil uliedhom li esperjenzaw xi tip ta’ vjolenza, fosthom vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat… Kompli aqra »