Riflessjoni mill-Kummissjoni Ambjent għal Jum l-Ambjent 2022
02/06/2022Fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Ambjent 2022, li jiġi mfakkar fil-5 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tappella lill‑awtoritajiet biex jipproteġu l‑art agrikola u l‑ispazji miftuħa, jiffukaw fuq l‑użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli u, b’mod urġenti, jirrevedu policies li, jidher ċar, huma intiżi li jservu interessi dojoq u li jikkompromettu b’mod irrevokabbli il‑wirt naturali tal‑Gżejjer Maltin.
Ħtieġa ta’ użu ħafna ikbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli imma mhux a skapitu ta’ art agrikola
Il‑gwerra bla sens li bħalissa għaddejja kontra l‑Ukrajna ħarġet fid‑deher il‑ħtieġa li jkun hemm inqas dipendenza fuq il‑karburanti fossili (fossil fuels) u li nifhmu l‑importanza tal‑biedja li tmantni l‑popolazzjonijiet… Kompli aqra »